Il-kunsilliera Nazzjonalista tas-Siggiewi u paladina oħra tar-‘Rule of Law’ Francine Farrugia dalgħodu kienet mixlija fil-Qorti b’għadd ta’ reati kriminali, wara li investigazzjoni tal-Pulizija żvelat kif bħala l-Manager tal-Finanżi tal-MCAST, serqet maż-€2,3 miljun mingħand il-Gvern, biex xtrat propjeta. karozzi u shopping b’aktar minn €110,000 mingħand Harrods.

Francine Farrugia (it0tinei mil-lemin) tiċċelebra l-elezzjoni tagħha f’isem il-PN fuq il-Kunsill tas-Siġġiewi
Di kliem il-Pulizija, Farrugia lim kellha aċċess għall-finanżi tal-MCAST kienet tirdoppja l-pagamenti u s-salarji lill-ħaddiema u trasferixxiet mal-€1.3 miljun fil-kont Revolut tagħha.
Francine Farrugia kienet tkun fuq uddiem fil-protesti ta’ Repubblika u tal-Partit Nazzjonalista kontra l-korruzzjoni u ta’ spiss kienet tkun fil-kumpannija tal-aħwa Karol u Robert Aquilina, l-eks Ministru Louis Galea u d-Deputat PN Ryan Callus.





