Hi uffiċċjali! L-establishment tal-PN, jinsab wara Adrian Delia għall-kariga ta’ Kap tal-PN.
Dan joħroġ ċar minn kif kitbet Caroline Muscat fuq The Shift News, tfaħħar lil Adrian Delia, minkejja li sa ftit tal-ġimgħat ilu kienet qed tgħaddih biż-żmien.
Għall-eks Campaign Manager ta’ Simon Busuttil, Adrian Delia issa sar ‘idoneju’ għall-kariga, għax ‘għandu l-ideat u mhux ir-retorika!’
La tkellmet Caroline Muscat, allura jfisser li l-establishment qed iwassal il-messaġġ lit-tesserati li l-aħjar għażla bejn Delia u Alex Borg, hu Adrian Delia!
Dan qabel ma ddikjaraw ruħhom l-‘esperti’ tal-PN li għandhom joħorġu bir-rapporti ta’ due diligence fuq iż-żewġ kandidati.
Hu mifhum li minkejja li Adrian delia kien weħel fid-due diligence fid-darbtejn li kkontesta għall-kariga ta; Kap. dan issa mistenni joħroġ ifuħ, minkejja li l-affarijiet tiegħu baqgħu l-istess.
Dwar Alex Borg, Caroline Muscat irriżervat ġudiżżju aħrax, tat-tip li hu mhux biss inkompetenti iżda li għadu tfajjel fil-ħarqa li ma jafx x’laqtu.




