Tal-Partit Nazzjonalista vera sabu ‘minority leader‘ fil-bajda tal-Kinder!
M’għandux sabar il-Kunsillier PN Roderick Caruana. Imlaqqam diħa bħala il-fitt tar-raħal u li jaqbad ma’ kollox u ma’ kulħadd, tant li spiċċa mkeċċi minn kull każin jew għaqda tal-post, reġa’ għamilha f’dawn l-aħħarbjiem.
Siegħat biss wara li għaddiet il-festa ta’ Kristu Re, dan il-Kunsillier fitt qabad u kiteb lis-Supretendent tal-Pulizija responsabbli mis-sigurta’ ta’ Raħal Ġdid, biex jieħu ażżjoni kontra l-arbli tal-festa li kienu qed jintużaw biex iżejnu l-pjazza.
Filwaqt li n-nies fil-lokalita spjegaw kif malli daħlet il-vara fil-Knisja u l-festa ntemmet, mill-ewwel middew għonqom għax-xogħol ta’ żarmar għadd ta’ volontiera. Sa sbieh filgħodu l-għada tax-xalata, l-armar kollu, inkluż l-arbli tneħħew u l-pjazza ta’ Raħal Ġdid reġgħet irritornat għal li kienet.
F’Raħal Ġdid lil Roderick Caruana ma jkellmu ħadd. Hu iżolat u mibgħud minn kulħadd minħabba l-antipatija tiegħu lejn kollox u lejn kulħadd.
Tal-PN twikkew bih. Raħal Ġdid twikka biħ. Il-Pawlisti jridu jeħilsu minnu malajr kemm jista’ jkun. Dar Ċentrali please take note!




