Bernard Grech jinsab f’paniku.
Għaddejjin il-ġranet, u dalwaqt il-Kap il-ġdid se jsir jaf kemm hi kbira l-ħofra li Grech ħalla warajh fil-finażi tal-Partit Naazzjonalista.
F’tentattiv biex ixejjen ftit mill-pressjoni li jinsab taħtha, Grech ħareġ jgħid li s-sitwazzjoni fil-finanżi tal-partit ‘tjiebet konsiderevolment’ tant li qal li kienu salvati każini li kienu qed jintużaw bħala ‘collateral’ għad-djun li għandu l-PN.
Qrajna wkoll dikjarazzjoni minn ‘uffiċċjal tal-PN’ li l-kontijiet tal-partit se jkunu ppubblikati ‘fil-ġimgħat li ġejjin’.
Emminhom xi ħadd?
Anżi pjuttost ir-reazzjoni tal-pubbliku, partikolarment tal-partitarji nazzjonalisti – kien bit-tfaqqieħ tad-daħk u l-kumment ta’: ‘yeah, right!‘
Bernard Grech u l-PN issa għandhom kriżi kbira ta’ kredibilita’. Tant ilhom jitnejjku bin-nies dwar il-pubblikazzjoni tal-kontijiet, li ma sar jemminhom ħadd, anżi kull stqarrija pubblika li qed issir f’dan ir-rigward qed ikompli jiggrava s-sitwazzjoni.
Tant hu hekk li l-partitarji qed isostnu li Grech għamel l-istqarrija dwar il-każini salvati biex jipprova jsalva ġildu stess u jipprova jċekken is-sitwazzjoni kritika ħafna, li hu rappurtat li jinsab fiha l-PN . Gravi sal-punt li sar irreparabbli.
L-irresponsabbilta’ ta’ Grech bi stqarrijiet bħal dawn juru mhux biss il-paniku, iżda fuq kollox turi kemm il-PN bħala partit politiku li jigdeb fuq li jigdeb u jqarraq bil-partitarji tiegħu stess.
Qalilna li l-kontijiet tal-PN se jkunu ppubblikati ‘fil-ġimgħat li ġejjin’ għax il-PN ‘hu entita kumplessa!’ murobsor!
Mela l-partiti kollha l-oħra, inklużi ż-żgħar u l-kumpanniji l-kbar u żgħar x’jagħmlu? Kollha huma kumplessi, iżda bid-differenża tal-PN, kollha jirrispettaw lill-ażżjonisti, lis-soċji, lill-partitarji. Kollha jobdu u jsegwu l-Liġjiet. Kollha huma trasparenti. Il-PN le!
Il-PN jemmen li hu speċjali, ‘l fuq mil Liġijiet tal-pajiż.
U dan hu l-partit li jrid jiggberna u jitblob il-fiduċja tal-poplu? Imorru jixxejjru. Kif ytsita’ qatt tafdahom, meta lanqas mal-impjegato tagħhom ma mxew ta’ nies, billi serqulhom il-kontribuzzjonijiet soċjali. Kif jistgħu ikollhomil-wiċċ jippreżentaw ruħhom quddiem il-poplu u l-Kap Bernard Grech jiddikjara issa, li se jippubblikaw ‘fil-ġimgħat li ġejjin?’
Kemm ħasbuna boloħ dawn?
Il-kontijiet ma kienux ippublikati għal dawn l-aħħar ħames snin, mhux għax il-PN hu ‘kumpless’ iżda għaliex hemm wisq taħwid u tbażwie li ħadd ma jrid jieħu responsabbilta’ għalihom! Nirrepeti Ħadd!
Minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra, il-PN se jkollu Kap ġdid u nassigurakom li sal-ħatra tal-Kap il-ġdid, il-kontijiet mhux se jkunu ppubblikati u l-ħofra se tkun magħrufa. Altru milli salvaw il-każini. Dawn se jieħdu l-akbar qatgħa li qatt ħadu f’għomorhom.




