Mhix b’kumbinazzjoni li fl-isfond tal-protesta li saret illejla barra l-Parlament kontra l-abbożżi li jemendaw il-Liġijiet dwar l-Ippjanar, hemm l-id moħbija ta’ Repubblika.
Qalb in-nies barra l-Parlament għall-attivita’ msejħa oroġinarjament mill-Moviment Graffiti, feġġet Vicky-Anne Cremona, il-Presient ta’ Repubblika.

Nifhmu li hekk kif Moviment Graffiti beda s-sejħa għal protesta, ta’ Repubblika ttivaw ruħhom biex jattendu n-nies, u dan biex bil-moħbi jżidu n-nies għall-protesta u jużawha bħala skuża biex ikollhom għajta kontra l-Gvern.
Vicky-Anne Cremona deheret għal ftit ħin u sparixxiet, iżda qbadniha titkellem ma’ diversi nies li huma magħrufa li dejjem jattendu għall-protesti ta’ Repubblika u għall-vġili ta’ Daphne Caruana Galizia.





