L-inċident li nqala’ tard is-Sibt bil-lejl fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid waqt il-festa ta’ Kristu Re bejn canvassers ta’ Adrian Delia u ta’ Alex Borg, hu propju dak li riedet il-fażżjoni estremista, u tidħol biżżilla mal-pjan ta’ din l-istess fażżjoni, biex il-moderati jkomplu jinqasmu, jiddgħajjfu, u jispiċċaw mingħajr ebda influwenża fi ħdan il-PN.
L-estremisti fasslu pjan perfett u ilha tinħema sa minn xhur ilu, waqt li kienu qed jitgħu pressjoni fuq Bernard Grech biex iwarrab. L-estremisti kienu qed jimlew lil Adrian Delia biex jarmi l-alleanża ma’ Alex Borg, u webbluh jidħol għall-pjan djaboliku fejn kellu jassumi l-irwol ta’ Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament, filwaqt li Roberta Metsola kellha ssir kap tal-PN.
Ġara li Metsola baqgħet ma ġietx Malta u sfaxxa dak il-pjan, iżda l-estremisti kienu pronti bi pjan ieħor: Dak li jkomplu jorbtu ma’ Adrian Delia u jifirduh minn ma’ Alex Borg, li l-intenżjonijiet tiegħu biex joħroġ għal Kap tal-PN kienu ilhom magħrufa.
Delia żamm kollox mistur ma’ Borg, sakemm deherlu li kien opportun li jgħidlu u jippretendi l-appoġġ tiegħu.
Dakinhar tal-Kunsill Ġenerali straordinarju tal-PN meta Bernard Grech spjega formalment lill-Kunsilliera Nazzjonalisti li kien se jirriżenja minn Kap, Alex Borg kien msejjaħ għal laqgħa privata fi stabbiliment fil-Ħamrun fejn hemmhekk sab lil Ray Bezzina, emissarju tal-estremisti li kkonvinċih jikkontesta u jibgħat jixxejjer lil Adrian Delia li ppretenda li jtellaq waħdu.
Il-pjan kien perfett. Issepara lil Alex Borg minn ma’ Adrian Delia u qsamt lill-fazzjoni tal-moderati, u ġellidthom għal dejjem.
Hekk taħdem il-fazzjoni tal-estremisti, li b’mod ikkalkulat u u bi preċiżjoni liema bħala, toqgħod gallarija u timmanipula l-kampanja taż-żewġ kontesytanti.
Fl-aħħar mill-aħħar, ma’ Adrian Delia, l-estremisti issa għandhom ‘safe passage‘ għat-tkomplija tal-kontroll tal-PN, wara li Delia ftiehem magħhom li jagħtihom il-protezzjoni u l-liberta’ biex jaħdmu bħalma dejjem għamlu.
Fl-istess ħin,jinfiltraw attivisti leali lejhom fi ħdan il-kampanja ta’ Alex Borg.
Issa li l-kampanja bdiet tilħaq il-momentum u l-estremisti jibqgħu gallarija u jħaddmu l-makna tal-PN favur Delia, qed jirfinaw il-pjan biex jeliminaw lil Alex Borg mill-PN billi jtellfulu t-tmexxija tal-PN, u eventwalment iqaċċtuħ miċ-ċirkolazzjoni tad-Dar Ċentrali.
Għal dan, ħasbu fi Chris Said, li minkejja li kien strumentali biex seba’# snin ilu mexxa lil Blue Heroes għand il-President George Vella biex iqaċċtu lil Delia, issa laħaq ftehim ta’ appoġġ għal Delia li milli jidher hu kompost mill-wiegħda li ladarba Delia jirbaħ it-tmexxija, Alex Borg ma jsirx Viċoi Kap u jitneħħielu saħansitra l-portafoll ta’ shadow minister għal Għawdex.
Fi ftit kliem lil Alex Borg jirriduyċuh ta’ inutli, u juruh il-bieb ta’ barra.
Din hi s-sitwazzjoni fi ħdan il-PN u forsi l–partitarji għadhom mhux qed jindunaw biha.
Il-fatt li l-canvassers ta’ Delia u ta’ Borg illitikaw quddiem in-nies waqt il-festa ta’ Raħal Ġdidf, jikkonferma kemm il-fazzjoni moderata li darba riedet il-progress għall-PN u li jitbiegħed mill-politika ta’ mibgħieda, issa wassal fejn riedu l-estremisti. Ġelled, ifred u irbaħ!




