Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fetħet attakk aħrax fuq Matthew Caruana Galizia, wara li dan tal-aħħar staqsa kif hi u l-Parlament Ewropew baqgħu siekta u ċċassati lejn is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti u tal-poplu Palestinjan f’Gaza.
Caruana Galizia qal li kieku l-Parlament Ewropew kien b’saħħtu daqs kemm kien fuq il-każ t’ommu, il-ġurnalisti f’Gaza ilhom li sabu kenn u protezzjoni mill-aggressjoni tal-qawwiet Iżraeljani.
Kient botta kbira wisq biex Metsola – umiljata propju minn Caruana Galizia – ma tirreaġixxiex, u dan għamlitu f’dawn l-aħħar siegħat b’post fuq Facebook, fejn saħansitra ippruvat tiżżufjetta b’Matthew Caruana Galizia, billi qaltlu li jkun aħjar li jara l-affarijiet sewwa qabel ma jparla fuq il-meżżi soċjali.
![]()
Din hi l-ewwel darba li qed nkunu xhiedha ta’ konfrontazzjoni reali bejn Metsola u l-familja Caruana Galizia, iżda dawn l-attakki reċiproċi jidhru li huma biss parti żgħira minn kwistjoni akbar bejn it-tnejn.
Jidher li l-familja Caruana Galizia hi uratata lejn Metsola li għażlet li ma tiġix Malta u tieħu postha bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, u b’hekk ħalliet lil Adrian Delia u li Alex Borg joħorġu għal din il-kariga.
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-familja Caruana Galizia ħarġet qatta bla ħabel kontra l-PN talli Delia u Borg se jkunu qed jikkontestaw għall-kariga ta’ Kap, l-aktar żewg personaġġi fil-PN li ta’ Caruana Galizia ma jniżżlux.




