Kemm qegħedin sew dawn tal-Partit Nazzjonalista.
Mingħalihom se jitnejjku bil-partitarji, u juru wiċċ sobrju billi jagħtu l-impressjoni li huma ‘magħqudin’, minkejja li hu fatt magħruf li bejniethom fi ħdan il-Grupp Parlamentari, mhux biss ma jitkellmux iżda saħansitra jfajjru kampanji feroċi kontra xulxin, u fejn hu possibbli jseħħu lill-kavallerija b’artikolisti fil-media indipendenti biex ikissru lill-avversarju intern tagħhom.
U dan hu l-każ ta’ Beppe Fenech Adami, li minn oppożitur voċiferu fil-konfront ta’ Alex Borg, sibnih fuq quddiem jisma u jsegwi lil Alex Borg f’Birkirkara waqt li kien qed jispjega l-miri tiegħu jekk jingħata l-fiduċja mill-kunsilliera u mit-tesserati u jeleġuh Kap tal-partit.
Beppe Fenech Adami, preżenti waqt l-attivita’ tal-kampanja ta’ Alex Borg issorprenda lil ħafna, għaliex kulħadd jaf li x’għamel – flimkien ma’ Karol Aquilina – fil-konfront tal-istess Borg.
Fuq quddiem, bil-qiegħda biswit id-Deputat u kollega Charles ‘sajjetti’ Azzopartdi, Beppe Fenech Adami deher attent ħafna għal dak li kellu xi jgħid Alex Borg.

Dnub li Beppe ma ħax miegħu lill-ħatnu l-kirurgu Kevin Cassar, li għadu ma xebgħax jivvomta l-ħdura tiegħu fil-konfront ta’ Alex Borg.
Insomma, fi ftit kliem Beppe Fenech Adami – li diġa’ ħalef l-alleanża tiegħu lil Adrian Delia – m’għandu mistħija ta’ xejn u fuq kollox hu wiċċ tost u anki ipokrita.

U dawn iriduna nemmnuhom u nafdawhom fl-elezzjoni u ntuhom il-vot?
Imorru jixxejjru!




