Ta’ min insellmu lill-Ispettur ‘puppatur’ Sean Friggieri dalgħodu, u nħeġġuħ imur iħabbat jew iċempel lill-uffiċċju tal-Internal Affairs tal-Korp tal-Pulizija u jitlobhom almenu siegħa biex ikun jista’ jqerr id-dnubiet mwettqa flimkien mal-Avukat pervers Jason Azzopardi.
L-Ispettur Friggieri, li mill-uffiċċji tal-FCID f’Sta. Venera ħoloq ‘linja diretta’ ma’ Jason Azzopardi u anki ma’ esponenti oħra tal-Partit Nazzjonalista u ta’ Repubblika, hu l-istess Spettur li ħadem fuq ħafna mill-Inkjesti Maġisterjali fażulli mitluba minn Azzopardi.

Dan l-Ispettur – bl-aktar mod stramb – spiċċa bil-każi li qajjem Azzopardi, u dwarhom issa hemm dubji kbar, hekk kif il-Qorti tal-Maġistrat Donatella Frendo Dimech talbet għal investigazzjoni tal-Pulizija u tal-Kummissjoni Permamnenti dwar l-Amnministrazjzoni tal-Ġustizzja.
Dan għaliex b’Jason Azzopardi investigat, l-Ispettur Friggieri se jkollu jiffaċċja hu wkoll il-konsegwenżi fuq ħafna affarijiet li għamlu bejniethom, inkluiż fuq il-mod ta’ kif Azzopardi ipprepara lil Friggieri beix jixhed kontra Keith Schembri, kif ukoll kontra l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Minbarra dan, Friggieri għandu jitjkellem ma’ tal-Internal Affairs dwar l-assoċjazzjoni tiegħu u l-attendenża tiegħu waqt attivita’ ‘sigrieta’ tad-Deputat Alex Borg fi propjeta tal-multi-miljunarju Mosti u benefattur tal-PN Żaren Vassallo.
Insomma, fi ftit kliem, jekk L-Ispettur Friggieri mhux lest imur minn jeddu għand l-Internal Affairs, qed navżaħ li se nibgħatilhom jien id-dettalji, bil-ħinijiet, lokazzjonijiet u anki ritratti ta’ ħafna affarijiet strambi lki seħħew.




