X’passi se jittieħdu fi ħdan il-korp tal-Pulizija kontra l-Ispettur Sean Friggieri li nqabad f’attivita’ privata ta’ Alex Borg fil-Palazz ta’ Żaren Vassallo?
Il-mistoqsija hi pertinenti, wara li wasluli rapporti li ftit tax-xhur ilu ttieħdu passi dixxiplinarji kontra xi Pulizija fuq affarijiet trivjali, wieħed minnhom għaliex sempliċemnent għamel ‘like’ fuq il-paġna Facebook tal-Ministru Miriam Dalli.
Issa apparti mill-attivita’ ta’ Alex Borg, l-Ispettur Friggieri ma jiddejjaq xejn juri l-affiljazzjoni politika tiegħu ma’ sħabu fl-FCID, filwaqt li hi magħrufa wkoll il-qrubija tiegħu ma’ Jason Azzopardi, li wżaħ fl-investigazzjonijiet fl-Inkjesti Maġisterjali mitluba minnu, u li iss qed jirriżultaw li kienu manipulati.
X’se jsir fil-konfront tiegħu mill-Internal Affairs tal-Korp?




