Jekk fl-FCID hemm min irid jitkessaħ, jaħbi u jpaxxi lil Jason Azzopardi issa qed jilgħab mar-rabja tal-poplu.
Fl-FCID jafu x’qed ngħid.
L-FIAU taf x’sabet fuq Jason Azzopardi u għaddiet kollox għand l-FCID biex tmexxu kontrih, bħalma mexxew l-Ispetturi partiġġjani Nazzjonalisti kontra Laburisti li Jason Azzopardi stess implika fl-inkjesti mmaniupulati tiegħu.
Fl-FCID hemm Spetturi li huma viċin ħafna ta’ Azopardi u minn dak li qed jirriżulta mill-Qorti, saħansitra saru kompliċi mal-istess Azzopardi fl-iskema djabolika tiegħu biex jitkissru nies ta’ fehma laburista.

Filwaqt li għadna qed nistennew li l-Pulizija tibgħat għal Jason Azzopardi biex jirrispondi għall-iskandlu li nkixef fl-awla tal-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tlett ġimgħa ilu, issa l-poplu qed jiddejjaq jara lill-pulizija tipproteġi avukat devjat, giddieb u perikoluż.
Din trid tieqaf illum qabel għada u l-Kummissarju għandu jeżiġi li l-odnijiet tal-Qorti mhux biss ikunu eżegwiti, iżda fuq kollox li r-rakkomandazzjonijiet tal-FIAU għal prosekuzzjoni ta’ Jason Azzopardi fuq unexplained wealth, evażjoni fiskali u ħasil ta’ flus ssir!




