Patt ieħor li qed jitqies bħala ‘imxajtan’ li beda jiddomina l-kampanja għall-ħatra ta’ Kap ġdid tal-PN qed jiżviluppa fil-gżira t’Għawdex, il-benniena elettorali ta’ Alex Borg, li fl-eleżżjoni tal-2022 rnexxielu jiġbor mas-6,000 vot.
Peress li dan ir-riżultat żarma d-dominju tal-veteran Chris Said, l-opportunita’ li ssir tpattija għal din l-umiljazzjoni wasslet għal iniżjattiva ta’ strateġija li hi speċifikament intiża biex il-familja Sid tirbaħ lura s-saħħa li darba kellha f’Għawdex.
Said, li minħabba r-realta’ ta’ Alex Borg kien iddikjara xi xhur ilu li ma kienx interessat jerġa jikkontesta l-elezzjoni ġenerali ġenerali, jidher li sab is-soluzzjoni billi jagħmel u-turn spettakolari billi joħroġ jiddikjara l-appoġġ tiegħu għal Adrian Delia.
Seba’ snin ilu, Chris Said kien wieħed minn ta’ quddiemnett li wassal lil-grupp parlamentari tal-PN biex imorru għand il-President tar-Repubblika biex jisfiduċja lill-istess Delia li eventwalment tneħħa minn Kap tal-PN.
Issa jirriżulta li Chris Said u l-familja kollha tiegħu – magħrufa bħala tal-‘Ganga’ għamlu ftehim ma’ Adrian Delia biex jitfgħu il-piż kollu tagħhom favur Adrian Delia, għall-iskop speċifiku li ma jarawx lil Alex Borg jirbaħ ul-kariga ta; Kap tal-PN.
Il-ftehim hu mifhum li jestendi sal-punt li kkonvinċa lil Delia li eventwalment jaħtar lil Chris Said bħala Shadow Minister għal Għawdex u jneħħi lil Alex Borg minn din ir-responsabbilta’ li ilha f’idejh sa mill-2022.
Nifhmu wkoll li Delia hu ntiż li jpatti għal dan l-appoġġ lil Said billi jgħolli l-profil tiegħu u fl-istess ħin, jagħti responsabbilta’ inferjuri lil Borg.
Nifhmu wkoll li waqt id-diskussjonijiet ma’ Said, Adrian Delia qabel miegħuu li kemm il-darba Alex Borg ma jirbaħx din it-tellieqa, lanqas ma jingħata l-kariga ta’ viċi kap.
Fil-jiem li ġejjin, mistennija naraw attivitajiet f’Għawdex li se jkunu organizzati mill-canvassers ta’ Chris Said, fejn se jkun hu stess li se jħeġġeġ lill-partitarji biex jivvutaw lil Adrian Delia.
Se naraw lil Chris Said ipoġġi wiċċu mal-kampanja ta’ Delia b’video pjuttost ipokrita jfaħħar lil Delia u jfissru bħala l-aħjar għażla għat-tmexxija tal-PN.




