Dejjem għedtilkom biex ma tiskantaw b’xejn b’dak li jiġri fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Immaġinaw iċ-ċirkostanza fejn il-President Russu Vladimir Putin f’daqqa waħda jsir l-akbar ħabib tal-President Uktren Volodymr Zelensky. Iva smajtuni sew.
Għaliex dan?
Għaliex l-affarijiet li qed nosserva mhux biss qed ibellħuni, iżda saħansitra qed ikolli nieħu l-camomilla biex nirrilassa u nistaqsi kif il-partitarji tal-PN għadhom ma ndunawx b’dak li għaddej, speċjalment fejn jidħlu l-kompromessi?
Innutaw f’dawn ir-ritratti kif bejn il-ġurnalist tal-One News Francesco Borg u Adrian Delia waqt intervista riċenti fi tmiem laqgħa politika organizzata minn Delia, jidher raġel anżjan, li l-istorja warajh hi interessanti u l-preżenża tiegħu wara Delia tiżvela ħafna.


Jismu Nikol Mallia, magħruf bħala minn ‘Tal-Laġan’, hu eks xufier ta’ Louis Galea u attivista PN fis-Siggiewi u fis-6 Distrett, u naturalemnt viċin ħafna ta’ Karol u Robert Aquilina.
Jekk Nikol Mallia qed wara Adrian Delia jfisser li warajh hemm ukoll l-istrateġista Louis Galea.
Nikol hu meqjus bħala fost l-aktar fdati minn Louis Galea għal snin twal, u kien involut f’Tal-Awżiljarji li Galea jibqa’ mfakkar għaliha.
Iċ-ċirku issa hu magħluq. M’għandix għalfejn ngħid aktar.
In-Nazzjonalisti jafu x’qed ngħid.




