It-tandem Adrian Delia-Alex Borg m’għadhiex teżisti. Anżi tinsab frak u t-tensjonijiet bejn it-tnejn qed tkompli tikber, hekk kiff minn intervista għal oħra, Delia mhux qed joqgħod lura milli jobżoq lil Borg li darba kien jitqies bħala d-‘denfil’ tiegħu.
Delia qed jibqa’ jakkuża lil Alex Boprg li kiser il-ftehim li kellhom bejniethom, li kien ntiż li jara lil Borg jappoġġjaħ bħala kandidat għal Kap tal-PN. Wara 24 siegħa, Borg ħabbar li kien joħroġ hu wkoll u qam putiferju/
Delia sar vulkan u l-partitarji tiegħu nfexxew f’litanija ta’ tgħajjir kontra Alex Borg fuq Facebook.
Issa kull meta l-media tistaqsi lil Alex Borg fuq dan, jibqa’ jiċħad u jitfagħha bl-aktar mod assird fuq il-media tal-Partit Laburista.
Delia iżda, għandu narrattiva totalment differenti u qed jiġi jaqa’ u jqum minn Alex Borg. Isimgħuh ftit mal-mikrofonu ta’ Francesco Borg ta’ One News.




