Ma kienx il-mument li kkonvinċew lill-Kummissarju Angelo Gafa biex l-FCID joħroġha mid-Depot u jpoġġiha f’binja għaliha f’Sta. Venera. Mindu marru għal rashom l-FCID sar każin tal-PN, bl-affarijiet jiddeġeneraw sal-punt li bla mistħija ta’ xejn, uffiċċjali. surġenti u kuntistabbli, saru jirrispondu għal Jason Azzopardi.
Minn Frank Anthony Tabone, li telaq mill-FCID bir-rank ta’ Spettur, biex għadda biex issa sar kandidat tal-PN fuq Għawdex, u issa bl-Ispettur Sean Friggieri li filgħodu jaħdem biex iressaq u jmexxi każi kontra esponenti Laburisti u filgħaxija jattendi l-laqgħat tal-kampanja ta’ Alex Borg għal kap tal-PN.
Li jibqa’ jinkwetani iżda hu kif xi uffiċċjali fl-FCID ntużaw bħala aċċessorji għall-iskema djabolika u qarrieqa tal-inkjesti maġisterjali mitluba minn Jason Azzopardi.
Mhux se nidħol aktar fil-mertu tal-partiġġjaniżmu sfaċċat tal-uffiċċjali fl-FCID, iżda li jinteressa lili u lill-bqija tal-poplu hi l-kontabilta’ ta’ dawn in-nies, meta jkollhom files f’idejhom dwar Jason Azzopardi u l-konklużjonijiet ta’ stħarriġ mill-FIAU kontrih dwar unexplained wealth, evażjoni fiskali u ħasil ta’ flus.
Dan il-file ilu għand l-FCID u mingħalihom li se jħalluh jiġbor l-għanqbud.
Mingħalihom!
Dan sakemm jitressaq challenge (sfida) quddiem il-Qorti biex dan il-każ jimxi u bl-istess entużjażmu li l-uffiċċjali tal-FCID mxew biha meta bagħtu għal numru ta’ esponenti Laburisti, wettqu leaks, u għamlu show partiġġjan bihom.
Iż-żmien li ttollerajna dan l-oxxenitajiet spiċċa.
Sur Kummissarju, bir-rispett kollu dovut lejk, qed nistennew li ttittieħed ażżjoni.




