Meta ngħidilkom li l-maskri jaqgħu, dawn veru jaqgħu.
Argument ieħor u f’waqtu hu dwar jekk lil min taqgħalu l-maskra, jħoss is-sens tal-mistħija. Niddubita!
U din hi l-istorja li tkompli tespandi fuq Jason Azzopardi u n-network tiegħu biex jimmanipula l-inkjesti li jkun talab hu stess kontra esponenti tal-Partit Laburista.
Din il-ġimgħa semmejtilkom żewġ Maġistrati viċin ħafna ta’ Jason Azzopardi, li ntużaw għall-inkjesti u li ħallewh jilgħab u jimmanipula kif ried hu. Imbgħad hemm il-ġurnalisti tal-qalba mill-media indipendenti li jrewwġu bl-istejjer provduti minn Azzopardi biex jirbaħ il-kredibilita’, imbgħad hemm iċ-ċirasa l-oħra: Il-Pulizija, li tinvestiga u takkuża fil-Qorti.
Fil-jiem li għaddew tkellimt fuq il-qrubija ta’ Jason Azzopardi mal-Ispettur Sean Friggieri mill-FCID, u kif dawn it-tnejn jaqsmu bejniethom ħafna informazzjoni, bosta drabi ‘klassifikata’ fuq investigazzjonijiet u persuni, l-aktar ta’ twemmin Laburista.
Dalgħodu staqsejt lill-Ispettur Friggieri biex jgħidilna ftit jekk mexiex il-file bil-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tal-FIAU fuq Jason Azzopardi. Għadni qed nistenna tweġiba, u se nkompli nfakkru ta’ kuljum sakemm inqażżeż pajjiż, dejjem bl-istess mistoqsija. Fuq kollox il-Liġi hi ugwali għal kulħadd, speċjalment jekk tkun tridha tal-paladin tar-Rule of Law.
Iżda l-kitba tiegħi dwar l-Ispettur Friggieri m’għandha assolutament xejn personali. Qas nafu.
Naf li Spettur tal-Pulizija, iżda kull min jafu u kull min mess miegħu, kulħadd jgħidlek li l-għamad politiku tiegħu ta’ spiss twasslu biex ikun prużuntuż iżżejjed, u jirsisti bl-aktar mod partikolari meta quddiemu jkollu esponenti jew attivisti tal-Partit laburista.
Għall-Ispettur Friggieri mhux biżżejjef li jkollu qrubija partikolari ma’ Jason Azzopardi, li minn-naħa l-oħra l-istess Azzopardi juri dik il-kunfidenża żejda u eżaġerata miegħu. Ovvja, Jason jagġmel l-allegazzjonijiet, jagġmel lista ta’ persuni li f’għajnejgħ għandhom ikunu investigati, kelmtejn mal-maġistrat inkwirenti u l-Ispettur jkollu persuni quddiemu, joħroġ ic0Charge Steet u jressaq il-Qorti.
L-Ispettur Friggieri jieħu s-sodisfazzjon tiegħu meta l-media ssemmi ismu bħala l-investigatur, speċjalmn=ent meta jissemma’ fuq Net News.
B’oħtu attiva ħafna fil-PN u taħdem fi ħdan l-Uffiċċju Elkettorali tal-PN (ELCOM), l-IspetturFriggieri ma jistax jgħid li minħabba l-kariga tiegħu ma jinvolvix ruħu fil-politika. Le ma tarax! Dak imlaħħaq u ma jrid qatt jikkomprometti x-xogħol tiegħu.
Anżi, allura jista l-Ispettur Friggieri jgħidilna x’kien qed jagħmel nhar it-Tnejn li għadda fil-palazz tal-miljunarju Żaren Vassallo li jinsab f’Wied San Martin.
Hemmhekk, l-Ispettur Friggieri kien fil-kumpannija ta’ grupp ta’ rġiel involuti fil-kampanja tad-Deputat Nazzjonalista Għawdxi Alex Borg, li saħansitra kien preżenti f’dik il-lejla.
Il-pajjiż ikun grat u jserraħ rasu jekk l-Ispettur Friggieri jkun ċar u onest fuq l-attiviżmu tiegħu, u kif din qed tippreġudika l-prosekuzzjonijiet li qed imexxi fuq għadd ta’ każi fil-Qorti.
Għaliex issa hu aktar minn ċar, li minbarra d-diskors partiġġjan tiegħu ma’ kulħadd, jirriżulta issa li l-Ispettur Friggieri jkun prosekutur kontra l-Laburisti filgħodu fil-Qorti, u attivist tal-PN filgħaxija.
Kos kemm hi żgħira Malta tagħna!
X’s




