Bonġu Spettur Sean Friggieri.
Mistoqsija: Dak il-file mibgħut mill-FIAU lill-FCID fuq sieħbek Jason Azzopardi mexa għal li jista’ jkun?
Jiena u l-bqija tal-poplu Malti qed nistennew b’ħerqa li nisimgħu li se timxi bl-istess żelu u akkaniżmu li mxejt biha meta investigajt esponenti Laburisti u nies oħra li ssemmew fl-inkjesti li llum sirna nafu li kienu vviżżjati sa mill-bidunett billi Azzopardi mmanipula lix-xhieda, inkluż fil-każi li ressaqt int.
Issa Azzopardi għandu l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tal-FIAU dwar unexplained wealth, evażjoni fiskali u ħasil ta’ flus. Kif se nibqgħu?

It-tron tal-għerf Jason Azzopardi qed jiffaċċja gwaj ġudiżżjarji serji.
Se tibqa’ ċċempillu fuq Signal u Whatsapp?
Għedtlu li għandu l-inkwiet sew?
Tlabtu biex jiġi l-ufiċċji tal-FCID biex tagħtih il-‘caution‘, tinterrogah u tinfurmaħ li se jkollu jitressaq il-Qorti u tinħariħu Attachment Order għalih u għal membru ieġor tal-familja tiegħu?
Ejja, kuraġġ, ħa mmexxu u forsi dan Jason Azzopardi ma jkomplix jitnejjek bin-nies mingħalih li hu ‘protett’ mit-‘top guns’ t’hemm ġew.
Tħallix aktar żmien jgħaddi. Il-kontabilita’ tgħodd għal kulħadd.




