Imma kif?
Mingħalina li b’din it-tellieqa ġdida għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista l-affarijiet gġandhom itejbu s-sitwazzjoni f’dan il-partit fi kriżi, iżda minn dak li qed joħroġ mid-Dar Ċentrali, pjuttost jidhru li għadhom l-istess, jekk mhux ukoll sejrin għall-agħar.
Dan joħroġ ċar minn intervista li Adrian Delia u Alex Borg taw separatament lil The Times, fejn kienu mistoqsija dwar jekk kienx hemm ‘patt’ bejniethom dwar min kellu joħroġ għal Kap u kif kienu se jappoġġjaw lil xulxin, qabel ma’ Alex Borg ddeċieda li jikkontesta.
It-tweġibiet ta’ Delia u Borg huma djametrikament opposti għal xulxin.
Delia jgħid li kien hemm ftehim, Alex Borg aħad kategorikament.
Għadna biss fil-bidu tal-kampanja għal Kap ġdid tal-PN, u l-poplu qed jinduna li fejn tidħol it-trasparenża u l-onesta, il-PN għadu l-istess.
ARA L-VIDEO TAL-INTERVISTA HAWNHEKK




