Id-Deputat Nazzjonalista Għawdxi u kandidat għall-kariga ta’ Kap tal-PN Alex Borg dalgħodu intlemaħ f’laqgħa taħraq ħafna f’kafetterija fix-Xatt ta’ Tas-Sliema.

Borg kien qed jitkellem ma’ Dino Bonnici, eks ‘person of trust’ ta’ Jason Azzopardi meta kien Ministru tal-Lands fi żmien GonziPN, Cachia, ex pleyer tal-football, u llum President tal-Kumitat Sezzjonali ta-PN fiż-Żurrieq u President tal-klabb tal-football taż-’Żurrieq , deher jitmasħan ma’ Alex Borg, li minn naħa tiegħu, Borg ma żammx lura milli nstema’ jwieġbu b’leħen għoli.
Il-bieraħ, Alex Borg intlemaħ jidħol għal laqgħa privata mal-kuntrattur miljunarju u benefattur tal-PN Żaren Vassallo fil-Mosta.




