X’se tagħmel il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, fil-konfront tal-MEP Nazzjonalista Peter Agius li nsab li gideb fuq persuna oħra, involva l-aġenżija għal kontra l-frodi fl-UE (OLAF) u rriżulta li l-allegazzjonijiet li għamel l-istess Agius kienu kollha foloż.
Il-każ imur lura għas-sena li gġaddiet meta Agius ħareġ b’kampanja fil-gazzetti kontra Kurt Buhagiar għax kellu farm tan-nagħaġ, li parti minnu kien iffinanżjat mill-Unjoni Ewropea.
Skont Peter Agius, Buhagiar kien qed iwettaq frodi għad-dannu tal-Ewropa, u sejjaħ lill-aġenżija OLAF biex tinvestiga.
Uffiċċjali tal-OLAF ġew Malta u investigaw kollox, u ma sabu assolutament xejn irregolari, anżi ħarġu ċertifikat li jixhed il-konformita’ mar-regoli u l-audits finanżjarji Ewropej.
Ladarba Peter Agius gideb fuq persuna – f’din iċ-ċirkostanża ċittadin Malti bħalu – x’se tagħmel Roberta Metsola? Se tħallih b’xejn? Aktar u aktar meta ħela r-riżorsi tal-OLAF għad-dannu tat- taxpayer Ewropew?




