Ħbiberija ‘intima’ ma’ ċerti Maġistrati, wħud li kienu jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, Spetturi tal-Pulizija fl-FCID li jaraw biss blue, u ponn ġurnalisti mill-media indipendenti, huma l-qofol tal-iskema abbużiva ta’ Jason Azzopardi biex ressaq litanija ta’ talbiet għal Inkjesti Maġisterjali.
Il-qrubija ta’ Jason Azzopardi mal-Maġistrati Leonard Caruana u Philip Farrugia Galea ilha magħrufa, u mhix b’kumbinazzjoni li numru ta’ inkjesti spiċċaw quddiemhom.
L-alleanżi politiċi tagħhom huma magħrufa wkoll.
Leonard Caruana kien jaħdem part-time fin-newsroom tad-Dar Ċentrali meta kien għadu jistudja l-Liġi fl-Universita, filwaqt li Philip Farrugia Galea, li serva wkoll bħala Deputat Avukat Ġenerali hu magħruf għall-qrubija tiegħu mhux biss ma’ Jason Azzopardi, iżda ma’ Simon Busuttil u għadd ta’ esponenti tal-PN.
Għandhom dritt għall-opinjoni politika tagħhom. Anżi niddefendilhom dak id-dritt, iżda li ma niddefendix hu l-mod kif Jason Azzopardi tħalla jieħu l-kontroll assolut tal-inkjesti, billi jissuġġerixxi u javviċina hu lix-xhieda, jiffissalhom l-appuntamenti bil-ħinijiet u fejn iridu jmorru, u saħansitra jgħid lix-xhieda x’għandhom jgħiduu.
Kien hemm każo fejn Azzopardi saħansitra rikeb fuq il-vulnerabilita’ tax-xhieda billi jeħodhom ukoll għand kmamar tal-aħbarbijiet għal intervisti, u wara jagħtihom pariri legali u jeħdilhom il-flus.
Kien hemm ċirkostanżi li x-xhieda saru akkużati u Jason Azzopardi jkun sar l0instigatur tal-inkjesta, l-avukat tal-parir legali tax-xhieda u tal-akkużati.
Agħar minn hekk, jidħol f’awla fejn jassisti x-xhieda u jidħol f’oħra biex dak li sema’ jużah kontra akkużat li jkun tsħ parir legali qabel ma tressaq.
Hemm ukoll ċirkostanżi fejn Jason Azzopardi avviċina klijenti ta’ avukati oħra, jagħmilha tal-avukat tagħhom bla ma jafu, jidħol il-ħabs biex ikellimhom u jidentifika ruħu mal-uffiċċjali tal-ħabs li hu l-avukat tal-priġunier meta m’huwiex, u jittanta jiddettalu biex imur quddiem il-Maġistrat Inkwirenti u jinċitaħ biex jixhed il-falż biex l-inkjesta titqarreb kemm jista’ jkun mal-allegazzjonijiet li jkun qed jagħmel.
Iżda x-xibka tal-alleanżi ta’ Azzopardi biex jibni l-każi tiegħu ma jiefqux biss fil-Qorti mal-Maġistratura.
Hemm ukoll id-Depot. Speċifikament fi ħdan l-FCID fejn b’kumbinazzjoni jinżerta dejjem l-istess Spettur Sean friggieri li jieġu l-każi f’idejh, speċjalment fejn hemm xamma’ politika li tista’ tweġġa lill-Partit laburista fil-Gvern.
Eżempju ċar hu ustanża fejn ftit qabel l-elezzjonijiet ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet, il-Prim Ministru Robert Abela kien qed jitkellem fiż-Zejtun. Ftit wara li spiċċat l-attivita’, għall-ħabta tas-2pm ta’ wara nofsinhar tal-Ħadd ċempel it-telefon f’residenża, fejn wieġeb tfajjel b’disabilita severa.
Dan it-tifel, malli sema’ li t-telefonata kienet mid-Depot ħaseb li kienet xi ċajta u għadda t-telefon lil ommu.
Kien l-Ispettur Friggieri li kien qed jinvestiga l-allegazzjonijiet ta’ Jason Azzopardi fuq iċ-ċertifikati mediċi għall-benefiċċji.
Ordna lit-tifel, bħala l-benefiċjarju tal-benefiċċju, jittieħed l-FCID fejn spiċċa arrestat u interrogat fit-tul.
It-trawma tiegħu għafha sal-lum. Bħalu kien hemm numru oħrajn ta’ pażjenti u persuni vulnerabbli li spiċċaw taħt arrest u interrogati u mressqa l-Qorti.
Bejn l-Ispettur Friggierti u Jason Azzopardi hemm relazzjoni sinkronizzata fejn jidħlu dawn l-affarijiet, fejn files ibiddlu l-idejn u jrabbu s-saqajn mill-uffiċċji tal-FCID.
Jason Azzopardi jkun mgħarraf bi kwasi kull persuna li tidħol jew toħroġ mill-FCID.
Izda kif seta’ jason Azzopardi jonfoħ l0-inkjesti tiegħu biex tela’ fil-quċċata tal-aġenda nazzjonali?
Sempliċi!
Telefonati li diversi ġurnalisti ‘tal-qalba’ fin-newsrooms ta’ The Times, Newsbook, Radju RTK, Lovin Malta u The Malta Independent. Biex ma nsemmux ukoll lil Caroline Muscat ta’ The Shift News u lil sieħbu l-‘Vigilante Delużjoanli u psiko-terrorista’ Mark Camilleri permeżż ta’ The Maltese Herald.
Azzopardi jbiegħlhom storja sabiħa, mneffħa u kkulurita, u tispiċċa fl-ewwel paġna bi b’titli kbar . B’hekk Azzopardi rebaħ il-kredibilita’ u għalaq iċ0ċirku kollu.
Dan in-network issa kien smaskerat u kellha tkun il-Maġistrata Donatella Frendo Dimech li qalet issa biżżejjed.
Ordnat li Azzopardi ikun investigat u saħansitra investigat mill-Pulizija u mill-Kummissjoni Permamenti dawr l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, li kapaċi ttelfu l-warrant ta’ Avukat.
Din ix-xalata ta’ Jason Azzopardi ilha għaddejja, u issa wasal il-mument li jiżfen mal-mużika li kkompona hu stess.




