Kurt Buhagiar jinsab akkużat fil-Qorti b’reati gravi b’rabta mal-mewta traġika ta’ Jean Paul Sofia.
S’issa għadu mhux ħati, u għandu l-Liġi favur tiegħu li tiddikjaraħ innoċenti sakemm jinstab ħati.
Kurt Buhagiar qatt ma tkeċċa mill-post tax-xogħol tiegħu mal-Lands Authority, u l-fatt li kien reinstated fix-xogħol tiegħu sakemm ma jkunx instab eventwalment ħati hu dritt sagrostant tiegħu.
Sa ftit ilu, Buhagiar kien soġġett għal vilifikazzjoni u anki akkużat bl-aktar mod inġust mill-MEP Nazzjonalista Peter Agius li vvinta li ffroda l-fondi Ewropej għal farm tan-nagħag. Inġiebu l-investigaturi Ewropej tal-OLAF u Peter Agius ħareġ ta# gioddieb hekk kif l-OLAF iċċertifikat lil Buhagiar li kellu kollox kif suppost u l-fondi Ewropej allokati lilu ntużaw kollha b’għaqal u b’diliġenża skont ir-regoli.

Kurt Buhagiar (lemin) flimkien mal-Avukat tiegħu Franco Debono
Nifhmu iżda l-weġgħa ta’ omm Jean Paul Sofia, li tħoss għal binha li m’għadux magħna. Madankollu, sakemm hemm ġtija ddikjarata minn Qorti fi tmiem proċess ġudiżżjarju, l-persuna titqies bġala innoċenti.
M anistgħux nikkanċellaw lin-nies u nagħmluha ta’ Ċesri fl-arena u nikkanċellaw l-eżistenża ta’ persuna b’ġurijiet tal-popiloin u sommarji.
Il-każ ta’ Jean Paul Sofia hu wieħed serju ħafna. Intilfet ħajja bla bżonn ta’żagħżugħ fil-fjur tiegħu, iżda nerġa ngħid ma nistgħux nadottaw mentalita’ ta; cancel culture.
Jilħaq jasal il-mument ta’ ġudiżżju, u l-ġustiżżja ssir skont l-evidenża ppreżentata, u mhux bl-emożżjonijiet jew għax hekk qalet il-media.




