(Ritratt/Grafika: MaltaToday)
Għaddew biss ftit jiem mindu ngħata bidu għall-kampanja bejn Adrian Delia u Alex Borg u mill-ewwel tinduna kif din it-tellieqa għal Kap tal-PN m’hix bħal tas-soltu. Għandha fiha elementi ċari ta’ kompromessi, u tinkixef mis-silenżju assolut mill-esponenti estremi tal-establishment tal-PN.
Niftakru kemm kienu voċiferi l-estremisti tal-PN bħal Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami and company kontra Adrian Delia qabel ma sar Kap, u waqt li sar Kap u anki wara li tneħħa minn Kap ħames snin ilu.
Assistejna għal xenati sħaħ, artikli, kummenti u saħansitra diskorsi pubbliċi kontra Delia, kemm minn naħa tal-esponenti tal-PN kif ukoll minn Repubblika.

U llum, li l-istess Afrian Delia reġa’qed jittanta għal Kap? Skiet perfett!
Anżi! Issa qed niddandnu b’ritratti u nippużaw miegħu u nuru kemm sirna ħbieb!
Għal min jaf kif jaħdem il-PN, xejn ma jsir b’kumbinazzjoni.
Tal-establishment għamlu kompromess ġenjali ma’ Delia, li se jiżguralhom ‘passaġġ sigur’ kif ikun elett Kap tal-PN.

Delia hu obbligat issa lejn l-establishment li minn qabel ħasbulu biex jinnominawh Kap tal-Oppożizzjoni meta fasslu l-Patt Mxajtan ma’ Roberta Metsola biex taqsam l-irwol miegħu bħala l-Kap tal-PN.
Ladarba falla dak il-pjan wara li Metsola għażlet li tibqa’ Brussels u tmexxi l-Parlament Ewropew, Delia baqa’ jkun imħeġġeġ biex imur għal Kap waħdu bl-appoġġ kollu tagħhom.
Tal-establishment ma jridux lil Alex Borg akkost ta’ kollox. Għandom antipatija kbira lejh. Jarawh bħala ż-żiemel ta’ Trojja tal-Partit Laburista fil-PL.

It-tieni fażi tal-pjan ġenjali tal-establishment kien, li wara li mbuttaw lil Delia biex joħroġ u saret dik il-famuża laqgħa ‘bejn il-ħbieb’ fejn wieħed, wieħed l-appoġġ lill-ieħor, tal-establishment avviċinaw lil Alex Borg biex jaqbasd is-sunnara u jikkonvinċuħ iwarrab il-kelma li ta lil Delia, u joħroġ hu wkoll.
Tal-establishment bagħtu lil Ray Bezzina biex ikkonvinċih u Alex Borg bela’ s-sunnara, iġġieled ma’ Adrian Delia u bla ma jaf sab ruħu eloġjat u mdawwar minn nies mibgħuta mill-istess establishment biex iwasslu u jgħarrfu kollox dwar il-kampanja tiegħu.
Tal-establishment huma sereni issa li għandhom kollox taħt il-kontroll tagħhom. Se jaħdmu bis-sħiħ biex ifixklu u jimminaw lil Alex Borg bil-pulit u bla ma jidher ħadd minn tas-soltu.
Fil-ġimgħat li ġejjin se naraw kif Adrian delia se jkun qed jingħata imbotatura b’saħħitha mill-makna tal-PN, filwaqt li Alex Borg se jkun qed jiġġieled għall-fiduċja tal-Kunsilliera u tat-Tesserati tal-PN bla ma jaf li minn taħt se jkunu għaddejjin manuvri kbar kontrih, fosthom fil-lista ta’ dawk li huma eliġibbli għall-voti.

Tal-establishment huma komdi, sereni u qas għandhom l-iċken preokkupazzjoni għal li ġej.
Il-‘passaġġ sigur’ miksub mingħand Adrian delia jissodisfahom, u jiżġura li jibqgħu jżommu kontroll tal-Partit bħalma huma mdorrijin.
Ħudu l-każ klassiku ta’ Beppe Galea minn Għawdex, li issa qed iqis lil Alex Borg bħala ‘sieħbu’ meta qatt ma kien, u dejjem skjerat ma’ Beppe Fenech Adami. Issa jipġpża ma’ Borg, u jiddandan b’ritratt miegħu fuq Facebook. X’faċċjoliżmu!
Żiemel ta’ Troja veru fil-kamp ta’ Alex Borg ju s-DSegretarju Ġenerali Charles Bonello, li bintu – od-Deputata Bernice Bonello – hi għarusa lil ħu Alex Borg. Pożizzjoni li tpoġġi lil Bonello fil-kamp ta’ Alex Borg, iżda wkoll f’pożizzjoninprivileġġjata għall-establishment li jiksbu dak kollu li jinħtieġu mill-kamp ta’ Borg.
Il-pożizzjoni ta’ Charles Bonello diġa hi ambigwa, hekk kif mid-Dar Ċentrali diġa bdew jaslulna rapporti dwar nies li ħallsu t-tesseri, huma eliġibbli biex jivvutaw għal Kap, iżda mhux immarkati mħallsin għand l-amministrazzjoni, bil-mistoqsija tqum dwar fejn qed imorru l-flus
Fil-ġimgħat li ġekkon, se nassistu għal tellieqa boring u bla sens, fejn se toħroġ ukoll l-apatija li faħlet fost il-partitarjib tal-PN, li diġa qed jindunaw bil-logħba li għadni kif spjegajt.
.




