Il-Qorti dalgħpdu lliberat Avukat minn akkużi ta’ fastidju b’messaġġi lis-sieħba tiegħu wara li rriżulta li l-Pulizija għamlet froġa fid-dati u l-postijiet fejn seħħ il-każ.
Il-każ jikkonċerna lill-Avukat William Cuschieri ta’ 42 sena mill-Mosta li deher quddiem il-Maġistrat Monica Vella, li sabet kif minkejja li l-evidenża kollha turi kif l-imġieba tal-Avukat kienet waħda deplorevoli bit-theddid tiegħu lejn is-sieħba tiegħu, anki lejn l-avukat tagħha, jibqa’ l-fatt li l-Pulizija li mexxew l-akkużi ħawwdu u żbaljaw fil-ħinijiet u l-post fejn sar il-każ li ma kellhiex alternattiva oħra għajr li tillibera lill-akkużat.
Wara l-iżbalji simili ma’ Lillu l-King u nies oħra, il-mistoqsija tqum spontanja, jekk l-istess żball se jirriżulta wkoll fil-prosekuzzjoni tal-Avukat Roberto Montalto li jinsab mixli b’vjolenża fuq mara.

Roberto Montalto hu wkoll l-Avukat ta’ Daphne Caruana Galizia.




