Hu ritratt sempliċi, miġbud bejn erbat’ iħbieb leali ħafna lejn xulxin.
Iżda hu wkoll ritratt b’messaġġ ċar, f’ċirkostanżi partikolari għall-Partit Nazzjonalista.
Fir-ritratt jidhru Austin Gatt, Beppe Fenech Adami u Victor Scerri, apparti nies oħra li l-militantiżmu tagħhom fil-PN hu magħruf, u l-alleanżi tagħhom ma’ Beppe u Austin huma magħrufa wkoll.
Ir-ritratt, mtella fuq il-paġna Facebook ta’ Beppe Fenech Adami ġimgħa ilu fih sinifikat u messaġġ qawwi , fejn huma lkoll magħrufa bħala l-untouchables u l-establishment tal-PN, huma komdi u sereni b’Adrian Delia u b’Alex Borg ħerpin għat-tmexxija tal-PN.

Beppe, Austin& Co: Kuntenti huma, kuntent kulħadd!
Huma komdi għaliex għandhom subgħajhom mdeffsa permeżż ta’ ftehim u patti mat-tnejn.
Huma ftehim li jiżguraw ‘passaġġ sigur’ għall-fażi li jmiss tal-PN taħt tmexxija ġdida, minkejja li kemm Delia u Borg huma teknikament u ideoloġikament l-opposti tagħhom.
Fil-PN trid taqra bejn il-linji biex tifhem il-messaġġi u xi jkun għaddej. Dan hu każ ċar, u juri kemm l-establishment mhux biss jinsab komdu u seren, iżda saħansitra qed jiddieħaq biż-żewġ kandidati, li qed jilgħabu bihom kif iridu u fuq kollox, ġabuhom fejn iridu huma.




