Jason Azzopardi qed jiċħad dak li fisser bħala ‘akkużi vvintati’ fil-konfront tiegħu, b’rabta mat-talba tal-Qorti li jkun investigat fuq dak li jidher hu każ ta’ attentat ta’ manipulazzjoni ta’ Inkjesta Maġisterjali kif ukoll li kriminalment ħeġġeġ xhud biex jigdeb u jimplika politiċi fejn qas għandhom x’jaqsmu.
Azzopardiu jista’ jiċħad kemm irid. Għax hu jista! Carmelo Abela, Rosianne Cutajar, Edward Zammit Lewis u tant esponenti tal-Labour ma jistgħux biss!
Iżda lil hinn minn din l-unika verita, Jason Azzopardi issa qed jinduna kemm l-id tal-ġustiżżja u tas-saltna tad-dritt – dik vera u mhux manipulata – qed tiilħaq lilu wkoll, tant li issa – bħal sħabu Mark Camilleri u Robert Aquilina – qed jilħqu lilu wkoll u qed jiffaċċja l-prospettiva ta’ prosekuzzjoni kriminali u saħansitra l-ħabs.
Filwaqt li lkoll qed nistennew l-eżekuzzjoni minn-naħa tal-Pulizija tal-ordni tal-Maġistrat Donatella Frendo Dimech biex ikun investigat, Azzopardi issa jinsab b’dahru mal-ħajt għaliex il-bużżieqa u l-kastell tar-ramel li ilu jibni għal dawn l-aħħar snin, issa qed tinfaqa’ u tikkollassa.
Jien ili nikteb li l-inkjesti mitluba minn Jason Azzopardi kienu logħba farseska f’wiċċna lkoll, fejn dan uża s-sistema ta’ rotazzjoni tal-Maġistrati tal-Għassa, isib min huma l-ħbieb tiegħu, jmur għandhom, imbgħad ifassal mod kif jinfluwenża, jimmanipula u jgħawweġ kif irid hu l-affarijiet.
Azzopardi spiċċa biex l-inkjesti li talab hu stess, jiġu prattikament ‘amministrati’ minnu stess, billi jirranġa l-ħinijiet, il-postijiet, jagħżel ix-xhiedha hu u fejn jista’ , saħansitra jgħid lix-xhiedha x’għandhom jgħidu, jew lil min iżeffnu fin-nos.
Fl-istess ħin, biex jirbaħ ‘kredibilita’ ikellem lil ‘ċerti’ ġurnalisti f’The Times, Newsbook, The Malta Independent, Lovin Malta u The Shift News biex jippubblikaw stejjer b’informazzjoni li jqarrbu lejn dak li jrid hu li joħroġ mill-Inkjesti, b’hekk ikun ċert li joħroġ ifuh u osannat minn nies u mill-media li tonfħu bħala l-Kavallier tas-Saltna tad-Dritt.
Fl-istess ħin, juża wkoll is-serviżżi kollużi tal-psiko terrorista – u llum imfisser mill-Qorti Kostituzzjonali bħala ‘vigilante delużjonali‘ – Mark Camilleri, li jippubblika d-dettalji li jkun ħolom bihom Azzopardi, il-kelma tiġri, u n-nies jiċċapsu minkejja li ma jkollhom x’jaqsmu xejn.
Bħalma għamel fil-każ dwar iċ-ċertifikati għal benefiċċji kontra l-eks Deputat Laburista, it-Tabib Silvio Grixti, ipprova jimmanipula lix-xhud Roger Agius, li beżqu u wissih biex ma jersaqx lejh.
B’hekk il-Qorti din il-ġimgħa sabet l-imġieba ta’ Jason Azzopardi stramba għall-aħħar, li mimkejja li mhux l-avukat ta’ Bernard Attard, li hu akkużat b’kompliċita’ fl-allegat każ ta’ ċertifikati foloż għal titli ta’ residenża, dan Azzopardi qabad u mar il-ħabs biex ikellmu privatament u anki beda jċempillu l-ħabs, biex ‘jiggwidah’, jgħidlu x’għandu jgħid, u jidher quddiem il-maġistrat li kien qed imexxi l-Inkjesta li talab hu stess.
Minn telefonati rekordjati li daħlu l-ħabs, Azzopardi jinstema jgħid li ‘irranġa’ mal-Maġistrat biex jisma’ lil Bernard Attard fit-tali ħin u ġurnata, u nsista li Attard imur għand dan l-avukat.
Issa, b’din l-evidenża kollha skjaċċanti kontra Azzopardi, jibqa’ jiċħad u kwasi kwasi qed jakkuża lill-Qorti u l-investigaturi li qed jagħmlulu ‘frame-up‘. Clown!
Il-karba ta’ innoċenża ta’ Jason Azzopardi hi rikka wisq, issa li waqgħet il-maskra ta’ kif dan il-paladin tar-rule of law u avukat tal-familja Caruana Galizia mhux biss ‘jivvinta’ l-Inkjesti, iżda saħansitra jimmanipulahom u jivviżjahom biex nofs verita’ ssir verita assoluta.
Tiftakru meta qal li kienu madwar 18,000 il-permessi ta’residenża foloż? Din kienet parti mill-istess inkjesta li qed insemmu li bagħbas u għaffeġ fiha u nqabad. Fil-fayy, Identita’ sabet li kienu biss xi 5 l-karti foloż.
Dan kien il-bidu tal-kollass tal-alibi vvintat ta’ Azzopardi, li anki hawnhekk sostna li l-investigaturi kienu qed jigdbu fuqu u li m’għamlux ix-xogħol tagħhopm sew.
Iżda Jason Azzopardi jista jgħid li hu ‘vittma’ ta’ gidba, iżda l-vittmi tiegħu ma jistgħux! Staqsu lil Carmelo Abela għaliex xorta waħda, hawnjekk ukoll, Azzopardi jibqa’ jinsisti li l-gidba tiegħu hi sagrostanta. Imbeċilli.
Fl-aħħarnett, mhix biss seżżjoni tal-ġudikatura u tal-istampa indipendenti li huma kollużi bl-aktar mod ovvju f’dan ir-racket ta’ inkjesti fake u persekuzzjoni oxxena kontra nies ta’ fehma Laburista. Hemm ukoll uffiċċjali tnal-Pulizija mlaħħqin, li jikkollaboraw abbużivament ma’ Azzopardi,
Din hi l-ewwel minn sensiela ta’ artikli li se nikteb biex niżvela dan ir-racket ta’ inkjesti fake, li swew u qed jiswew ħafna flus mit-taxxi tal-poplu.
Jason Azzopardi se jkollu jirrispondi għal ħafna u ħafna affarijiet. Dak iż-żmien wasal għalih, u Azzopardi jaf li l-ħin issa hu kontrih, u l-poplu wkoll hu mxebba’ mit-teatrini u l-gideb tiegħui.
Jason, int ukoll se tinżel, u se tinżel b’tisbita kbira.
Yours truely!
K




