Andrew Borg Cardona, l-avukat u attivist ta’ Repubblika, li jemmen li għandu DNA superjuri għal dak ta’ min jivvota għall-Partit Laburista, fetaħ attakk fil-konfront tal-eks preżentatur u uffiċċjal tal-PN Lou Bondi.
Borg Cardona ħass li kellu jikteb dwar Bondi, wara li dan tal-aħħar ħa sehem f’TimesTalk li ddiskuta l-ħejjieni tal-PN wata r-riżenja ta’ Bernard Grech u l-eleżżjoni għal Kap ġdid.
‘Xi trid tgħid biha li Repubblika u Occupy Justice jinfluwenżaw lill-PN? U li kieku? x’hemm ħażin fiha?’ qal Borg Cardona, li żied li Bondi jmissu jikkummenta fuq il-Partit Laburista u mhux fuq il-PN.
Borg Cardona fakkar lil Bondi fil-frażi famuża tiegħu ‘x’inhu jiġri hawn?’ meta kien intervjena mal-Pulizija kontra l-arrest ta’ Daphne Caruana Galizia fl-2013, meta kisret il-Liġi elettorali u kitbet blog fil-ġurnata tal-votazzjoni.
Fi ftit kliem, Borg Cardona serva bħala ‘kelliem’ mhux uffiċċjali ta’ Repubblika biex ikun attakkat Lou Bondi, li minll-2013 kemm il-PN, kif ukoll l-attivisti ta’ Repubblika u Occupy Justice, beda jitqies bħala ‘#traditur’ u ‘mixtri’ tal-Gvern Laburista,





