Il-gwaj ġudiżżjarji ta’ Jason Azzopardi għadhom kif isserjaw ħafna, tant li qed jirriskja proċess kriminali, kundanna b’piena ta’ ħabs u li jitlef il-warrant ta’ Avukat.
Dan hekk kif mill-Qorti llum ħareġ li Azzopardi kixef mhux biss kollużjoni ma’ maġistrat Inkwirenti, fejn dan saħansitra jiddettalu min għandhom jittellgħu bħala xhieda u f’liema ġurnata għandhom jidhru u l-ħin.
Din mhix l-ewwel darba li għamilha Jason Azzopardi, għaliex tirriżulta straġija identika għall-każ kontra t-Tabib Silvio Grixti dwar iċ-ċertifikati mediċi għal benefiċċji, fejn xhiedha kienu avviċinati biex jgħidu affarijiet, jimplikaw nies oħra u jżeffnu lill-politiċi.
Illum ħarġet l-istess strateġija, iżda mill-każ dwar l-allegat ‘racket’ ta’ pertmessi ta’ residenża minn Identita Ma;tya.
Jirriżulta minn xhieda u recordings ta’ telefonatim, kif Jason Azzopardi kien qed jitfa’ pressjoni fuq akkużat miżmum fil-ħabs, biex jidher quddiemil-maġistrat Inkwirenti u jimlih b’informazzjoni li ma kienx minnu, u jinplika Ministri tnal-Gvern fl-allegat racket.
Jason Azzopardi kiser kull etika professjonali m,eta għamilha saħansitra ta’avukat difensur tal-akkużat meta lanqas qatt ma kien, biex ċempillu fil-ħabs, u saħansitra mar jaraħ nhar ta’ Ħadd.
Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ordnat li r-recordings tat-telefonati ta’ Jason Azzopardi lejn il-ħabs u d-diskors inkriminanti tiegħu mal-priġunier Bernard Attard, għandhom ikunu mibgġuta minnufih għand il-maġistrat Inkwirenti, lill-Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll lill-Kummissjoni Permanenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
Minn dak li ħareġ mill-Qorti llum, hu ċar li Jason Azzopardi qed jiffaċċja investigazzjoni kriminali serja ħafna li kapaċi twasslu għal kundanna ta’ ħabs, fejn mhux biss kiser bl-aktar mod assolut l-etika professjonali tiegħu bħala Avukat, iżda fuq kollox li allegatament wettaq ir-reat ta’ istigazzjoni għal xhieda falża u sperġur.
Ladarba dan il-każ kien trasmess lejn il-Kummissjoni Permanenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, din kapaċi twassal ukoll għas-sospensjoni jew it-tneħħija għal kollox tal-warrant ta’ Avukat ta’ Jason Azzopardi.
L-investigazzjonijiet li se jsiru mill-Pulizija fil-konfront ta’ jason Azzopardi rigward dan l-iskandlu kbir ta’ manipulazzjoni ta’ Inkjesti mitluba minnu stess, u l-kollużjoni sfaċċata tiegħu mal-maġistrati Inkwirenti li laqgħu it-talba tiegħu, mistennija jkollha riperkussjonijiet kbar ħafna anki fuq il-każ innifsu, hekk kif jistgħa’ jirriżulta li l-Inkjesta kienet ivviżżjata sa mill-bidunett, u kapaċi jaqgħu l-akkużi kontra l-persuni diġa’ mressqu l-Qorti.
L-investigazzjonijiet għandhom jikxfu wkoll il-kollużjoni ta’ Jason Azzopardi mal-pseudo ġurna;list – u dikjarat mill-Qorti Kostituzzjonali bħala ‘Viġilante Delużjonali’ Mark Camileri, għaliex uża l-portal The Maltese Herald biex wassal l-aħbarijiet foloż dwar Inkjesta ivviżżjata u ppubblikahom biex jagħmel pressjoni akbar.




