Il-kampanja għall-ħatra ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista tibda llum, b’imkejjen fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pieta’ javżaw lio mistennija tkun kampanja maħmuġa u li se jkollha l-potenżjal li taqsam lill-PN.
Il-fatt li bejn Adrian Delia u Alex Borg nibtu tensjonijiet bil-partitarji ta’ Delia jakkużaw lil Borg bħala ‘traditur’ talli kiser il-ftehim milħuq li li jappoġġja lil Delia, iżda minflok ħareġ hu.
Dun il-mossa ta’ Borg urtat bil-kbir lil Delia, tant li rrifjuta li jkellmu aktar, u qed jgħid man-nies li ‘Borg mhux raġel’.
Mal-ġurnali, Delia qal li qed ‘jittama’ li l-kampanja tkun bejn ‘il-ħbieb’, indikażżjoni li qed ifarfar mill-attakki tal-partitarji tiegħu u minflok, diġa qed jitfa’ fuq ir-rival tiegħu r-responsabbilta’ għal kampanja nadifa u bilanċjata.
Iżda filwaqt li l-partitarji ta’ Delia baqgħu għaddejjin bil-kampanja ta’ akkużi u tgħajjir fil-konfront ta’ Alex Borg, hu mifhum li dan se jiżdied fil-ġranet li ġejjin, u dan bl-għajnuna ta’ nies li huma magħrufa għall-qrubija tagħhom mal-kamp tal-estremisti, li bl-0aktar mod biżarr, qed jiskjera ruħu favur Adrian Delia.
Il-kamp tal-estremisti jidhru li qed jappoġġjaw lil Delia għaliex ma jridux akkost ta’ kollox lil Alex Borg ikun elett Kap, u laħqu ftehim ma’ Delia biex jipproteġihom’,
Id-Deputat Karol Aquilina diġa tkellem ma’ xi nies apertament li hu lest ‘jirriżenja’ milli jservi taħt Alex Borg bħala Kap, u skjera ruħu wara Delia. Flimkien miegħu hemm Beppe Fenech Adami, Claudette Buttigieg, Ryan Callus u Mark Anthony Sammut.
Dawn diġa qed iħejju biex jagġmlu videos b’testimonjanża fur Delia, filwaqt li se jkunu skarsi milli njispjegaw li fil-verita’ kienu parti mill-‘Blue Heroes’ li ħames snin ilu mexxew ir-rivbolta fil-PN biex Adrian Delia tneġġa nubb Kao y minfloku tpoġġa Bernard Grech.
L-estremisti se jkunu qed imexxu l-kelma fost il-Kunsilliera u t-Tesserati tal-partit beix jivvutaw għal Delia, filwaqt li se jsegwu l-kampanja mill-gallarija, u jidderieġu lill-partit – li sal-lum jinsab taħt il-kontroll tagħhom – biex iżomm il-makna ffukata fuq Delia.
Nifhmu li bħalissa hemm min kien speċifikament ingaġġjat biex jindaga fil-fond fil-passat ta’ Alex Borg, filwaqt li se jinħbew ħafna affarijiet li kienu ħarġu kontra Delia meta kien Kap u li servew bħala ‘alibi’ biex Adrain Delia jitqies bħala persuna mhux idonea għall-kariga ta’ Kap,
Fi ħdan id-Dar Ċentrali bħalissa għaddejja ħidma mill-amministrazzjoni biex issir il-lista ta’ Kunsilliera li jistgħu jivvutaw waqt il-Kunsilli Ġeneralim u nifhmu li hawnhekk ukoll hemm it-taħwid fejn Kunsilliera li huma mħallsa m’humiex imnużżla bħala mħallsin u kien hemm argumenti sħan ta’ nies li qed jistaqsu fejn marru l-flus tat-tesseri.
Din il-lista hui kruċjali għall-elezzjoni għaliex jiddetermina n-numru ta’ votanti eliġibbli, u fuq kolox ikunu jafu lejn min ikunu mxaqilba miż-żewġ kandidati bejn Adrian delia u Alex Borg.
Il-lista f’idejn l-amministrazzjoni għandha l-potenżjal li tiġi abbużata u manipulata u jistgħu jiżdiedu jew jitqaċċu ismijiet minnu.
Sitwazzjoni stramba qed tiżviluppa wkoll bl-estremisti jorganizzaw strateġija ta’ konfużjoni, b’attivisti minn tagħhom infiltrati fi ħdan iż-żewġ kampanji, bl-iskop li jkunu jafu l-istrateġiji u diskorsi li jkun qed isir fost il-gruppi rispettivi.
Altru minn kampanja ‘bejn il-ħbieb’ din il-kampanja qed tirriżulta tossika mal-ewwel jum uffiċċjali tagħha fejn mistennija trikki trakki, impika u attakmki, filwaqt li l-establishment tal-partit se tkun qed issegwi, torkestra u u timmanipula liż-żewġ kandidati, bl-iskop aħħari li tibqa’ żżomm kontroll fuq il-partit.




