L-Avukat Franco Debono mhux se jikkontesta għall-kariga ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista.
F’dawn l-aħħar ġimgħatejn kien fl-aħbarijiet għall-interess tiegħu, iżda kif żvela dan is-sit, il-probabbilta’ kbira kienet i ladarba ħareġ Alex Borg, ma kienx se jitfa n-nomina.
B’ħarsa lura lejn x’ġara matul dawn l-=aħħar ġimgħatejn, mindu Bernard Grech ħabbar li kien qed i1edi l-armi u li kien se jirriżenja minn Kap tal-PN, l-Avukat Debonio kien fost l-ewwel li kien imħeġġeġ minn numru mhux żgħir ta’ partitarji li rieduh joħroġ.
F’kull sondaġġ li sar, Debono dejjem ħareġp b#showing tajba ħafna, m inkejja li ilu mat-13-il sena barra mix-xena politika.
Wara Alex Borg u Adrian delia, il-partitarji Nazzjonalisti jagħżlu lil Franco Debono bħala l-Kap, u l-aktar statistika liimpressjonat kien stħarriġ ippubblikat ġimgħa ilu f’The Sunday Times, li wera kif Deb ono hu b’saħħtu ħafna maż=-żgħażagħ.
Dan ifisser li mill-esperjenża ta’ dawn il-ġimgħatejn, il-PN ħa lezzjoni mingħand l-Avukat Debono, li mhux biss għadu fil-logħba minkejja li għaddew 13-il-sena, iżda talli għad għandu influwenża kbira fil-PN.
U din l-influwenża tinsab propju fl-aktar votant li l-PN għandu bżonn: Iż-żgħażagħ!
Apparti minn hekk, Franco Debono daħal fix-xena f’dawn il-ġimgħatejn b’messaġġ ta’ riforma u mhux b’messaġġ kontra l-Labour. Tkellem fuq l-affarijiet li l-partitarju nazzjonalist irid jisma.
Lezzzjoni oħra u importanti? Franco Debono sar aktar popolari fil-PN minn Lawrence Gonzi u l-klikka tal-estremisti ta’ madwaru. Juri wkoll kemm il-PN jagħżel li jipprova jkisser lin-nies żbaljati!




