Kienet laqgħa fl-istabbiliment ‘Strada Rjali’ fil-Ħamrun, ġimgħa eżatt ilu, immedjatament wara li ntemm il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li biddel l-affarijet kollha minn kif kienu ppjanati, u Alex Borg ħareġ biex jikkontesta għal Kap Nazzjonalista.
Kien għall-ħabta tas-1.15pm, meta fl-istabbliment ‘Strada Rjali’ fil-Ħamrun daħal Ray Bezzina u ħa mejda fuq ġewwanett, u stenna lil Alex Borg jasal mill-Kunsill Ġenerali, kielu, tkellmu u Alex Borg immedjatament ħabbar li se jikkontesta għal Kap.

Ray Bezzina, li fid-Dar Ċentrali kien l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil u Bernard Grech
Sa dak il-ħin, kollox kien ‘apparentement miftiehem’ ma’ Adrian Delia, li Alex Borg kien se jikkontesta għal Kap u li kien se jagħti l-appoġġ tiegħu lil Adrian Delia, li ġurnata qabel qabad u fajjar l-interess tiegħu.
Nifhmu li kien Ray Bezzina stess li ried il-laqgħa ma’ Alex Borg u kellu mandat biex ikellmu mingħand grupp ta’ nies influwenti fi ħdan il-PN biex jikkonvinċi lill-istess Borg, biex jinjora l-ftehim ma’ Delia – u minflok jappoġġjah – joħroġ hu.
NOTA EDITORJALI: Is-sidien tal-istabbiliment ‘Strada Rjali’ ma kellhom x’jaqsmu xejn mal-laqgħa, u l-persuni li attendew ħallsu għal dak li kkunsmaw. L-għażla tal-laqgħa f’dak il-post kienet tal-persuni msemmija. Niskużaw ruħna jekk b’xi mod stajna nftiemna li l-laqgħa kienet organizzata mis-sidien tal-istabbiliment. Kien biss b’koinżidenża li l-persuni msemmija ltyaqgħu fil-post msemmi.
7




