Fil-Partit Nazzjonalista ma tieqafx titbellaħ bl-alleanżi strambi u konfużi li jinbtu, fejn l-għedewwa jsiru ħbieb, u l-ħbieb isiru għedewwa.
Wara li issa tqattgħu l-karti bejn Adrian Delia u Alex Borg, nibtet l-alleanża stramba bejn Ray Bezzina – l-eks Segretarju ta’ George Pullicino u sa ftit ilu ta’ Bernard Grech – ma’ Alex Borg.
Bezzina, li llum għandu kariga għolja mad-DB Group, hu rrappurtat li diġa laqqa’ lil Alex Borg mad-diretturi ta’ din il-kumpannija li sa ftit taż-żmien ilu kienu jħallsu l-pagi ta’ xi uffiċċjali tal-PN u li wasslet għal kwistjoni ma’ Simon Busuttil.

Ray Bezzina u Silvio Debono, iċ-Chairman ta’ DB Group
Ir-rabha ta’ Deliua għal Alex Borg hawnhekk mhix biss li se joħroġ għall-kariga meta kien jaf li kien interessat, iżda issa li hu rrabjat ferm aktar, għaliex Borg qed jidħollu fl-għalqa tal-familja Debono tad-DB Group għaliex huma kienu warajh.
Bezzina hu meqjus bħala ta’ Simon Busttil, tant li kien warajh fil-ħidma tiegħu meta kien Kap tal-PN u hi stramba kif dan l-aħħar meta daħal lura fid-Dar Ċentrali ma’ Bernatrd Grech, intefa’ b’ruħu u ġismu biex jikkonvinċi lil Alex Borg biex jinjora l-ftehim li kellu ma’ Adrian Delia u jikkontesta hu.
Bezzina ntant hu mifhum li qed ikellem lil diversi negożjanti biex jgħinu fil-finanżjament tal-kampanja ta’ Alex Borg, u qed jiżdiedu r-rapporti li ħa over bħala l-campaign manager ta’ Alex Borg.




