Adrian delia ‘għalissa’ ma jistax jikkummenta dwar jekk it-tellieqa għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista se tkun ‘tellieqa bejn il-ħbieb’,
Għall-eks Kap Nazzjoanlista, ir-riżenja ta’ min ħadlu postu ħames snin ilu hi opportunita’ biex jirbaħ lura l-unur li kien itteħidlu, iżda hu muċugħ għad-deċiżjoni ta’ Alex Borg li jikkontesta għall-kariga, u b’hekk naqqas bil-bosta ċ-chance li jerġa jikseb it-tmexxija tal-PN.

Ma’ Talk News Adrian Delia qal li għadu interessat, iżda għadu ma tefax formalment l-interess mal-Partit.
Fl-isfond tal-polemika nqalgħet kif bejn Delia u Borg tqattgħu għal kollox il-karti, il-kwistjoni issa hi jekk Delia se jkomplix bl-interess tiegħu li jmur għall-kontestazzjoni. Jaf iżda li b’Borg kompetitur, m’għandux in-numri biex jirbaħlu u lanqas l-appoġġ finanżjarju biex imexxi l-kampanja meħtieġa mat-tesserati madwar il-pajjiż.
Dan qed ipoġġi lil Adrian Delia fi probela biex jiddeċiedi.
Nifhmu li diversi nies avviċinawh u qed jinfluwenżawh biex jirtira.




