Ma taqta jaqta’ xejn l-indħil u l-influenża tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia fuq il-Partit Nazzjonalista, hekk kif issa qed jidhru kummenti fuq il-meżżi soċjali fejn Alex Borg u Adrian Delia qed ikunu mfissra bħala ‘sriep’
F’kummenti fuq posts fuq Facebook, Mandy Mallia – oħt Daphne Caruana Galizia – irreaġixxiet għal kummenti ta’ nies oħra viċin Repubblika u Justice for Daphne li kienu qed jesprimu opinjoni tagħhom fuq il-kandidati għall-kariga ta’ Kap tal-PN.

Alex Borg u Adrian Delia: Għall-familja Caruana Galizia, dawn huma ‘sriep’
F’kumment minnhom, Mandy Mallia qalet ‘Malta timmerita aħjar’ meta kkummentat ma’ Corinne Apap Bologna. Il-konversazzjoni kompliet b’persuna oħra li staqsiet: ‘u t-tielet kandidat possibbli@’
Mallia wieġbet: ‘Serp ukoll!’.






