L-aħbar tal-bieraħ filgħaxija li Alex Borg se jikkontesta lil Adrian Delia għall-kariga ta’ Kap tal-PN, mhux biss fissret it-tmiem tat-‘tandem’ apparenti bejn iż-żewġ deputati, iżda xegħlet miċċa ħdejn maħżen mimli nar.
Sa mill-ewwel ħinijiet wara l-aħbar, partitarji ta’ Delia bdew jgħajjruħ ‘traditur’ għaliex mar lura minn dak li kien maħsub bħala ‘ftehim’ bejn it-tnejn, li joħroġ biss Delia u Borg jappoġġjah.
Il-partitarji ta’ Delia, b’rashom mimlija li se jerġgħu jaraw lill-benjamin tagħhom lura fit-tmun tal-PN u jwettaq ‘vendetta’ fuq min kien keċċih, u huma stess jirritornaw fid-Dar Ċentrali biex jivvendikaw lil min żeblaħhom, issa sabu l-intopp ta’ Alex Borg, u jafu li Borg kapaċi jeqred il-ħolma tagħhom.
Dan għandu l-potenżjal li jkabbar il-qasma li bdiet tidher fi ħdan il-fażżjoni tal-moderati, u din mistennija tkompli tkisser lill-PN aktar milli hu fragmentat illum. L-estremisti se jintefgħu gallarija u se jgġoxew bl-imlużjoni tal-moderati, jekk mhux ukoll jiffumentawha bl-gġajnuna tal-alleati tagħhom fil-media indipendenti u fuq il-meżżi soċjali.
Iżda jidher ukoll li Alex Borg ma bediex jafda aktar, partikolarment fid-dawl tal-patt djaboliku li kien tfassal minn wara dahru u li nvolva lil Delia li ftiehem li jkun il-Kap tal-Oppożizzjoni u Roberta Metsola l-Kap tal-PN, f’mossa li kienet telimina l-vot tal-partitarji milli jgħażlu lill-Kap.
Fi ftit kliem Delia ftiehem li mal-estremisti f’patt li jakkomoda kemm lilu kif ukoll lilhom biex jipproteġu lil xulxin, u fl-istess ġin jeliminaw vot tat-tesserati li setgħu faċilment jeleġu lil Alex Borg jekk ikun hemm vot.
B’dan ix-xenarju, Alex Borg jidher li mhux qed jafda lanqas lil min suppost kien ‘sieħbu’ u li ftit tal-jiem ilu kien qed jiltaqa’ miegħu biex jiftiehmu strateġija biex jappoġġjaw lil xulxin.
Fis-siegħat li għaddew jidher li nqalgħet kwistjoni bejn Borg u Delia, u dan eżatt wara li dan tal-aħħar ħabbar li kien se jikkontesta l-elezzjoni għall-Kap.
Delia apparentement wiegħed lil Borg li jlaħħqu Viċi Kap tal-partit jekk isir Kap, iżda Borg mhux qed jafda.
Hemm il-Patt Imxajtan għadu fuq moħħ ħafna, speċjalment ta’ dawk madwar Alex Borg li qed jissuġġerixxu li b’Delia Kap tal-partit l-affarijiet se jsiru agħar, għaliex Delia hu komproess mal-estremisti u se jżomm lil dawk l-istess nies li lil-Borg iqisuh bħala ż-‘żiemel ta’ Troja’ tal-Labour. Borg għalhekk qed jirraġuna, jew issa jew qatt!
Alex Borg għad għandu 28 sena, u qed jirraġuna li l-eta m’għandhiex tkun xkiel għalih. Iżda qed jinsa ħaġa importanti, li l-PN hu magħmul minn nies mimlija b’ego enormi u mhux se jaċċettaw qatt li jitmexxew minn ‘tifel’.
Fil-PN ħadd m’hu ħabib ta’ ħadd, u jekk ma jridukx, ma jridukx. Fi ftit kliem, jekk kemm-il darba Alex Borg jirbaħ it-tmexxija tal-PN, dawk l-istess estremisti mhux se jħalluh jaħdem, għaliex il-PN għamluh tagħhom, u se jibqgħu jżommuh tagħhom.
Jemmen ħafna fil-media soċjali, u dan hu punt li l-estremisti qed jiddieħqu biħ.
Alex Borg issa jidher determinat li jibqa’ għaddej gaffa u jipprova jibgħat messaġġ lill=estremisti tal-klikka ta’ Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami, lil ta’ Repubblika u ta’ Daphne Caruana Galizia li ġej għalihom




