Bħal bużżieqa, Jason Azzopardi llum nfaqa’. Il-minfuħ sar vojt. sar arja. Sar xejn!
Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat dak li qalet Qorti oħra: Jason Azzopardi hu giddieb, qarrieqi u jitfa’ akkużi insensati u bla bażi biex iċappas, iħammeġ u jkisser lin-nies, għalxejn.
Dan hu Jason Azzopardi, l-Avukat ta’ Repubblika, il-ħabib ta’ Robert Aquilina li bħalu spiċċa ddiżintegra. Iżda hu wkoll mera ta’ Partit Nazzjonalista kattiv, krudili, li bla kuxjenża ta’ xejn jasal biex ikisser lin-nies, il-familji u lill-karrieri tagħhom, sempliċement għaloex huma ta’ fehma Laburista.
Għall-malafama u l-gideb tiegħu fil-konfront tal-innoċenti deputat Carmelo Abela, Jason Azzopardi kien ikkundannat iħallas €7,000 f’kumpens. Iżda x’inhi din is-somma quddiem l-isfreġju enormi li ġarrab Carmelo Abela b’riżultat ta’ din l-oxxenita’ ta’ Azzopardi?
Bħal Carmelo Abela, kien hemm ukoll Ryan Spagnol, Edward Zammit Lewis, Silvio Grixti u Rosianne Cutajar, li lkoll sfaw vittmi tal-metodi kattivi u djaboliċi ta’ Azzopardi u sħabu li jaqbdu jfajjru u jakkużaw, iżebilħu u jumiljaw lin-nies għax huma Laburisti.
Iżda Jason Azzopardi, l-istess Avukat li xahrejn ilu wkoll nstab ħati ta’ dispreżż lejn il-Qorti wara li nqabad jiġbed illegalment video tal-Prim Ministru fil-bini tal-Qorti, u saħansitra għaddieh lil NetNews, jibqa’ jisfida.
Jemmen li jista’ jkompli jikseb il-protezzjoni mingħand sħabu fil-Qrati għax mingħalih ħadd ma jista’ għalih.
Jibqa’ jemmen li għax hu Jason Azzopardi, li raqad fuq il-Qabar ta’ Kristu, jista’ jilgħav bil-Qrati bħalma kien jagħmel qabel. Iżda jidher li xi ħadd sab l-irkabtu tiegħu u dawn ‘sħabu’ fil-Qrati issa qed joqgġodu ħafna attenti, u ma tantx jistgħu jduru madwar ġrovi ċari ta’ nuqqas minn-naħa tal-istess Azzopardi.
Fi ftit kliem, Jason Azzopardi faqa’ lilu nnifsu u llum sar bużżieqa mqatta u bla użu.
Azzopardi ħaraq lilu nnifsu. Imploda lilu nnifsu.
Jason Azzopardi hu l-mera ta’ PN fallut u mkisser. Li akkost ta’ kollox ipprova jirbaħ il-poter, iżda spiċċa, bħal sħabu, ittimbrat bħala falż, giddieb, diżonest u djaboliku.
X’se tagħmel issa l-kamra tal-Avukati?
X’se tagħmel issa l-Fakulta tal-Liġi fl-Universita’ ta’ Malta fejn dan jgħallem il-Li[i lill-istudenti. Propju dak li suppost Avukat m’g]anux jag]mel.




