‘L-ebda kumpens ma jista’ qatt jagħmel tajjeb għall-ħsara li saret fil-konfront tiegħi’.
Dan sostnih id-Deputat Laburista Carmelo Abela f’intervista mma’ Ricky Caruana dalgħodu.
Carmeolo Abela kien qed jitkellem ftit tal-ħin wara li l-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenża li permeżż tagħha, l-Avukat Jason Azzopardi kien ikkundannat li jħallas kumpens ta’ €7,000 talli gideb bl-aktar mod sfaċċat fil-konfront ta’ Abela, meta żeffnu u akkużaħ għalxejn fil-każ dwar il-hold up fuq l-HSBC.
Abela, li esprima d-dieqa tiegħu għall-fatt li Azzopardi għadda lilu u lil-familja tiegħu minn martirju sħiħ minħabba din l-akkuża giddieba, sostna li għal niex bħal Azzopardi u sħabu, min hu ta’ fehma Laburista m’għanux familja.
‘Għal ċerti nies, huma biss għandhom familja. Aħna le;, sostna Carmelo Abela.
Filwaqt li qal ukoll li ma jistax jifhem għaliex inħolqot din il-gidba, Carmelo Abela spjega kif il-Qorti kixfet l-għerq ta’ Azzopardi meta xejjnet dask li sejjaħ bħala provi, u ppreżenta artikliu fil-gazzetti relatati mal-allegazzjoni tiegħu, li fil-fatt kienu qed jikkwotaw lilu u ma ppreżentaw l-ebda prova, ħlief ripetizzjoni tal-gidba tiegħu.




