Iy-‘tandem’ Alex Borg – Adrian Delia ma jeżistix aktar!
Issa li Alex Borg ħabbar li se jikkontestas hu wkoll għall-kariga ta’ kap yal-PN, jidger ċar li l-għaqda apparenti li kien hemm bejn Borg u Delia issa nkissret u ħarġet fil-beraħ, qasma oħra fil-PN, dik bejn il-fażżjoni tal-moderati wkoll.

NO-MORE: It-‘tandem apparenti’ bejn Alex Borg u Adrian Delia ma jeżistix aktar
Malli Alex Borg ħabbar li kien se jikkontesta l-elezzjoni għal Kap tal-PN, mill-ewwel kienu l-partitarji ya’ Adrian Delia li ħarġu qatta bla ħabel kontrih, b’sensiela ta’ posts fuq il-meżżi soċjali, lkoll jattakkawh u jgħajjruħ ‘traditur’.
Dan għaliex ħasbu li Borg kien se jappoġġja lil Delia, iżda issa jafu li jekk kemm-il darba se joħroġ Borg, is-sondaġġi juru li ż-żagħżugħ Għawdxi se jiġri bih, u b’hekk ifalli l-pjan ta’ Delia li jieħu lura l-post li kien tkeċċa minnu ħames snin ilu.



Anki ta’ Repubblika bdewe bl-attakki kontra Alex Borg, hekk kif Jacques Rene Zammit ħareġ b’attakk kontra Borg fq il-meżżi soċjali, iżda jidher ukoll li l-fażżjoni tal-estremisti se tkun qed tiffomenta n-nar bejn il-partitarji ta’ Borg u Delia, filwaqt li dawn ta’ Repubblika u l-estremisti fil-PN jibqgħu gallarija u jħalluhom jitqatlu bejniethom.





