Id-Deputat Għawdxi Alex Borg se joħroġ għal Kap tal-Partit Nazzjonalista!
Din l-aħbar, kkonfermata llejla stess minn Alex Borg, se taqleb ta’ taħt fuq dak li kien apparentement ‘miftiehem’ ma’ Adrian Delia, biex wieħed jappoġġja lill-ieħor, tant li Delia qabad u ħabbar li se jikkontesta u ħalla lil kulħadd jassumi li Alex Borg kien se jċedi l-interess tiegħu għal din id-darba u jistenna għallinqas għal x’jiġri wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
L-aħbar se tkompli taqsam il-vot tal-moderati fil-PN li għandhom simpatiji kemm għal Delia kif ukoll għal Borg.

Mit-‘tandem’ Adrian Delia-Alex Borg gh]al kontestanti ‘rivali’ g]all-kariga ta’ Kap tal-PN
X’se jagħmel Franco Debono wkoll se tkompli tiftaħ beraħ it-tellieqa għal Kap tal-PN, bil-kunsilliera u l-partitarji jiġġebbdu lejn naħa u oħra, f’għażla li hi maħtufa minn kriżi surreali li qed tiddomina lill-PN.
F’dan l-isfond, wieħed irid josserva x’se jagħmel Franco Debono.
Debono jaf sew il-politika, tant li bir-raġunar strateġiku tiegħu, jkun aktar minn ovvju li jekk kemm-il darba joħrog Alex Borg, l-istess Debono jasal ma jitfa’ l-ebda nominazzjoni.
Osservaturi poliċi spjegawlna li l-fatt li Debono wasal s’hawn u minkejja li għaddew 13-il sena li Debono ilu barra mix-xena politika, xorta għadu b’saħħtu fil-logħba u għadu influwenti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Dan hu tragward importanti li għal Debono hu aktar minn biżżejjed f’dan ix-xenarju kollu.
Mhux magħruf għadu intant min se joħroġ mill-fazzjoni tal-estremisti, li huma leali lejn Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina, Din il-fazzjoni li hi wkoll ddominata minn Repubblika mhux mistennija tħalli lill-PN jaqa’taħt il-kontroll ta’ moderati li kapaċi jkissru l-legat u l-influwenza tagħhom fuq il-PN.




