L-MEP Nazzjonalista Peter Agius li fil-Parlament Ewropew hu injorat totalment minn David Casa u Roberta Metsola, għamel video fuq Facebook fejn sostna li ċerti bloggers m’għandhomx jagħtu pariri lill-partitarji tal-PN dwar min għandhom jagħżlu bħala l-Kap il-ġdid tal-PN, issa li ‘nħaraq’ anki l-ħames wieħed mill-2024 ‘l hawn.
Għal Agius, il-partitarji jafu jagħżlu!
Li ma qalx Peter Agius hu li l-PN jibqa’ jagħmel l-istess żball li jisma’ biss minn ġewwa għal ġewwa, u jisma’ biss il-pariri u jitħalla jitmexxa minn grupp ta’ estremisti li ħadu l-kontroll assolut tal-Partit.
Nesa jgħid ukoll li dawk ta’ ġewwa ppruvaw mossa mqożieża billi jaqbżu lit-tesserati u ma jħalluhomx jivvutaw, billi jpoġġulhom lil Roberta Metsola bħala l-Kap tal-Partit u lil Adrian Delia bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Dan il-pjan – li sfaxxa meta Metsola għażlet li tibqa’ Brussels – kien ddisinjat biex isalva lill-estremisti milli jispiċċaw jiġu kkontrollati huma jew saħansitra mkeċċija, hekk kif vot tat-tesserati żgur mhux forsi jeleġġi moderat mhux tal-klikka.
Apparti hekk, Peter Agius ma qalx li bilfors ħaddieħor irid jagħtihom il-pariri, għaliex m’hemm ħadd mill-PN li tista’ tafda.




