Bħal Adrian Delia u Bernard Grech, id-Deputat Għawdxi Alex Borg li hu istenni jitfa’ n-nomina għal Kap tal-Partit Nazzjonalista beda juri l-ewwel sinjali ta’ djufija, hekk kif naqas milli jikkundanna lil Jason Azzopardi li din il-ġimgħa għajjar lill-President tar-Repubblika Miriam Spiteri Debono, bħala ‘inkompetenti’.
Quddeim il-kamera u l-mokrofonu ta’ One News, Alex Borg ħarab milli jwiegeb għal dak li kiteb Jason Azzioardi fil-konfront tal-President Spiteri Debono.
F’din iċ-ċirkostanża, Alex Borg tilef okkajoni beix juri li hu differenti minn ta’ qablu u li hu kapaċi jieqaf lil tal-establishment li ħaba lil PN fis-sitwazzjoni li jinsab fih illum.
Setgħet kienet opportunita’ tad-deheb li Borg juri lill-partitarji li mhux se jittolera estremiżmu mingħand ħadd. Borg iżda naqas milli jlissen kundanna.
Intant, din il-ġimgħa reġa’ qajjem rixu Karol Aquilina, wara jiem ‘missing in action’ fl-isfond ta’ tal-investigazzjoni kriminali kontra ġuħ Robert Aquilina.
Fil-Parlamwent din il-ġimgħa, Aquilina nfexx jattakka lill-Ispeaker Anġlu Farrugia u għajjru li hu ‘kkontrollat mill-Gvern’.




