Mistennija tkun ġimgħa ta’ prova importanti għas-sopravvivenża ta’ Bernard Grech bħla l-Kap Nazzjonalista, hekk kif fis-siegħat li għaddew mijiet ta” partitarji qed jitfgħu pressjoni fuq id-Deputati tagħhom biex jisfiduċjawħ,
B’narrattiv at’a ‘għażżien’ u ‘inkapaċi’ li qed tiddomina l-paġni tal-meżżi soċjali nazzjonalisti, l-għeruq ma felħux id-daqqa’ lejn il-moral tagħhom bir-riżultat tas-survey li ħareġ il-bieraħ mill-MaltaToday, li wera kif id-distakk fil-fiduċja bejn il-Prim Ministru Robert Abela u Bernard Grech hu enormi, u li kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali llum, il-Partit Laburista jerġa’ jirbaħ b’maġġoranża ta’ 39,000 vot.
Grech, li l-bieraħ qatta dak li wieħed jista’ jfisser bħala l-agħar jum f’ħajtu, b’attakki ġejjin minn kullimkien, irrikonoxxa s-survey tal-MaltaToday, iżda qal li hu xettiku dwarhom meta n-numri jkunu differenti meta jkun hemm elezzjoni reali.
Iżda fil-PN ħadd m’hu qed jagħti kasu u l-awtorita’ morali tiegħu bħala l-Kap tal-partit spiċċat ineżisteni u irrilevanti.
Għadd ta’ Deputati Nazzjonalisti qed jirrappurtawlna li qed jirċievu messaġġi kontinwament biex ifittxu jneħħu lil Bernard Grech ‘malajr kemm jista’ jkun’ għaliex l-affarijiet se jkompli jmorru għall-agħar.
Grech diġa’ tilef elezzjoni ġenerali bil-kbir ma’ Robert Abela fl-2022, iżda nsista li ‘jibqa’ hemm’ u kkontesta waħdu. Madankollu, il-PN baqa’ fejn kien, anżi f’mumenti minnhom spiċċa agħar mill-kien.
In-nuqqas ta’ kapaċita’ li jikkontrolla lill-elementi estremisti fi ħdan il-partit u l-influwenża soffokanti ta’ Repubblika fuq l-istess partit huma fost l-aktar punti li dejjqu lill-partitarji, minbarra s-sitwazzjoni finanżjarja diżastrużam fejn kemm ilu fit-tmun tal-PN Grech, qatt ma kienu ppubblikati l-accounts.