Qaluli li kienet mezz’ asta għax mietu żewġ Żrieraq, iżda fir-ritratt definittivament mhux il-każ!
Il-bandiera ta’ Malta fuq il-Każin Nazzjonalista taż-Żurrieq hu mtella’ sa fuqnett tal-arblu u qegħda rasha l-idel!
Ir-ritratt ixxokkja ħafna partikolarment għall-fatt li llu hu Jum Nazzjonali importanti. Is-Sette giugno!
Ġurnata li fiha l-poplu Malti u Għawdxi jfakkar fl-ogħla sagrifiċċju li ħallsu għalih erba’ minn ħuttna waqt l-irvellijiet tal-1919, meta l-poplu rvella kontra l-ħakkiem barrani li ħallih bil-ġuħ.
Kienu s-suldati tal-kuruna li fetħu n-nar fuq Maltin ħitna, li mietu għal dik il-bandiera, għall-identita’ li tagħtina.
Dawn tal-PN li kienu saħamsitra kasbru l-monument u tefgħuh fil-ġnien ta’ Hastings u rritorna lejn Mistraħ San Ġorġ fl-2017, jistgħu għallinqas jitolbu skuża għal din l-offiza.
Bandiera bil-maqlub fuq il-każini tal-PN mhix xi ħaġa ġdida, anżi qed issir kwasi regolarita’/
L-ironija hi li l-Każin tal-PN fiż-Żurrieq hu marbut ħafna mad-Deputat Toni Bezzina li din il-ġimhgħa ħeliha mill-Kummissarju għall-Istandards, li ħareġ deċiżjoni bħall-bandiera: Bil-maqlub!