F’Jannar ta’ sena ilu, l-Imħallef Edwina Grima kienet ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinforma lill-Qorti ‘kull xahar’ dwar fejn waslu l-investigazzjonijiet tagħhom fil-konfront ta’ Mark Camilleri, dwar il-leaks u l-pubblikazzjoni llegali tal-whatsapp chats ta’ Yorgen Fenech.
Sal-lum, din l-ordni għadha mhux eżegwita, hekk kif il-Pulizija kienet qed tinforma lill-Qorti li Camilleri kien qed jgħix barra l-pajjiż. Madankollu, Mark Camilleri hu rappurtat li jinsab Malta u qed jgħix f’Malta f’imdirizz li għandna fil-pusssess tagħna.
Dan is-sit hu infurmat li minkejja li Camilleri deher diversi drabi fil-bini tal-Qorti matul din l-aħħar sena u nofs, f’kawżi separati, l-Pulizija għadha ma bagħtix għalih.
Fil-konfront ta’ Camilleri hemm mandat ta’ arrest mill-Qorti fiuq dispreżż għal ksur ta’ digriet li jispeċifika li xejn mill-proċess ta’ Yorgen Fenech ma seta’ jkun ippubblikat.
Camilleri iżda, ħareġ cache ta’ chats u uża l-arma tat-terrur u r-rikatt fil-konfront tad-Deputata Laburista Rosianne Cutajar, u ppubblika wkoll chats li kienu jinvolvu diversi nies oħrajn f’konversazzjonijiet privati ma’ Yorgen Fenech ferm qabel ma kien arrestat b’rabta mal-investigazzjonijiet fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Sa ġimgħatejn ilu, f’video blog li għamel fuq Facebook, Camilleri qal li għandu l-cache kollu tal-whatsapp chats li kienu estratti mill-mobile ta’ Yorgen Fenech mill-esperti tal-Qorti.
Robert Aquilina u Mark Camilleri, it-tnejn investigati fuq disprezz lejn ordnijiet tal-Qorti b’leaks serji
Camilleri qal li dan ‘akkwistah’ mhux mingħand Jason Azzopardi, li hu l-avukat tal-familja Caruana Galizia u għandu aċċess għalihom, iżda mingħand dak li fisser bħa;la ‘is-sors prinċipali’.
Issa li wara sitt xhur minn ordni oħra tal-Qorti, din id-darba fil-konfront ta’ Robert Aquilina dwar leak mill-Imkjesta Maġisterjali tal-Bank Pilatus bdew l-investigazzjonijiet, wasal iż-żmien li din l-ordni uffiċċjali tal-Imħallef Edwina Grima fil-konfront ta’ Mark Camilleri tiġi rispettata.