F’dan il-pajjiż ma tieqafx tistgħaġeb fuq kif joqomsu ċerti personaġġi, li malli jintmess wieħed minn tagħhom, ir-realta’ tinqaleb ta’ taħt fuq.
Fl-isfond tal-gwaj ġudiżżjarji li qed jifaċċja l-perċimes ta’ repubblika u n-Nutar tal-Kurja Robert Aquilina, tinnota kif l-aktar nies li tistenna aħjar mingħandhom, jibdew jiskartaw ir-realta’ u joħolqu realta’ oħra, parallela, u fuq kollox li tiċħad il-verita’ ċara quddiemhom.
Titbellaħ tara lil Fr. Joe ‘Beirut; Borg joħroġ b;post fuq Facebook, bla ma jsemmi ismijiet, iżda ċara għal xiex qed jirreferi u jakkuża indirettament politiċi, ġurnalisti u kummentaturi b”aġendi moħbija’.
Jakkuża indirettament ukoll lill-Pulizija li qed tinvestiga l-każ Aquilina, kemm fil-każ dwar il-vjolenża domestika, kif ukoll fil-każ ordnat mill-Qorti dwar il-leakages mill-Inkjesta Maġisterjali dwar il-bank Pilatus,
Dan il-post minn Fr Borg attira l-attenżjoni ta’ ħafna, li kkummentaw fuq kemm hi tosta u rikka li ġejja mingħand persunaġġ li ftit tax-xhur ilu kien publikament żvelat li kien wara r-riżenja tal-mibki Isqof Pawl Cremona OP, permeżż tal-kitba tiegħu bi kritika ħarxa tiegħu lejh għaliex kellu fehma differenti ta’ kif il-Knisja f’Malta kellha tmexxi lill-Insara.
Fr. Borg jista’ ma jemminx dak li jaqra, gġaliex forsi hu mdorri b’media kkontrollata u manipulat mill-establishment, iżda meta l-istess nies li jiffurmaw din l-imsejħa establishment, jipiċċaw jkunu huma stess li jġarrfu dak li bnew, Fr. Borg jkollu raġun li jispiċċa ‘in denial’, iżda l-poplu mhux iblaħ u jinduna: Reliġjuż jew le, l-aġenda ta’ saċerdot, Nazzjonalist u difensur tal-holier than thou, xorta waħda jibqgħu soġġetti għal kundanna, skrutinju u ġudiżżju tal-opinjonipubblika.
Kulħadd jaf fejn huma l-alleanżi ta’ Fr. Borg, u kulħadd jaf għal xiexkien qed jirreferi u lil min qed jiddefendi.