Robert Aquilinan kien lura fid-Depot illum fuq sejħa tal-Kummissarju tal-Pulizija fejn kien interrogat b’rabta mal-‘leaks’ mill-Inkjesta Maġisterjali dwar il-Bank Pilatus.
F’Jannar li għadda, il-Qorti tal-Maġistrati ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga lil Aquilina fwar dawn il-leaks li bihom kiteb ktien fejn semma’ kollox limkien hemm fl-Inkjesta, inkluż ismijiet u dettalji sensittivi. Immedjatament wara li naħreġ id-digriet tal-Qorti kontrih, Robert Aquilina kien mar quddiem id-Depot fejn indirizza konferenza tal-aħbarijiet u sfida lill-Kummissarju u għajjru ‘purċinell’.
Robert, flimkien ma’ ħuħ Karol ta’ spiss kienu jintefgħu quddiem id-Depot ikantaw u jiżżufjettaw bil-Kummissarju, u Robert kien saħansitra għamel kamp barra d-Depot għal xi jiem, fejn imblokka l-gate prinċipali u għamel id-daġla tad-Depot tiegħu.
Robert Aquilina dieħel fis-CID nhar is-Sibt li għadda fejn kien interrogat fit-tul bħala suspettat f’każ serju ta’ vjolenża domestika (Ritratt MaltaToday)
Aquilina llum, madankollu għażel li ma jweġibx għall-mistoqsijiet tal-Pulizija u pinġa lilu nnifsu bħala ppersegwitat u whistleblower!
Intant, ftit uffiċċini l-bogħod minn fejn kien illum, l-investigaturi mid-Dipartiment għall-Kontra l-Vjolenża Domestika komplew jgħarblu d-dettaljikollha ta’ dak li rrakkontat il-mara tiegħu.
Nifhmu li l-gwaj ta’ Robert Aquilina qed jikbru sew, hekk kif il-Pulizija qed tikkonsulta mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fuq il-possibbilta’ li jitressaq b’arrest minħabba numru ta’ akkużi ġodda li mistennija jinħarġu kontrih nnażat fuq dak li rrakkontat martu lil-Pulizija, fosthom ukoll stupru konjugali.