Bdiet il-kampanja sovversiva ta’ Repubblika li tiddefendi bi snienha lill-maħbub Nutar u fundatur tagħha Robert Aquilina, hekk kif ħarġet qatta’ bla ħabel kontra l-Pulizija issa li qed tesegwixxi ordni tal-Qorti biex ikun investigat fuq leak serju minn Inkjesta Maġisterjali.
Bdejna nassistu għal stqarrijiet minn Repubblika, li għandhpm l-iskop li jnessu u jaljenaw mill-allegat każ serju ta’ vjolenża domestika fil-konfront ta’Aquilina, u ngħata bidu għal kampanja fejn qed tpinġi lil Aquilina bħala ‘martri’ li fil-konfront tiegħu se tibda xi forma ta’ persekuzzjoni.
Fil-pjan ta’ Repubblika hemm li jsalvaw lil Robert Aquilina mill-baħar ta’ inkwiet li l-ego tiegħu stess daħħlu fih, u fl-istess ħin li tinxtered l-aħbar barra l-pajjiż li kull investigazzjoni tal-Pulizija kontrih, hi ‘persekuzzjoni’ gġaliex hu kritiku tal-Gvern u difensur tar-Rule of Law.
Repubblika qed idawwarha li Aquilina hu ‘whistleblower’ u b’hekk m’għandux jintmess.
Ma jsemmu qatt li l-Qorti tat l-ordni għall-investigazzjoni kontra Robert Aquilina dwar il-leak serju mill-Inkjesta Maġisterjali dwar it-tmexxija tal-Bank Pilatus.
Il-Kummissarju tal-Pulizija qed isegwi ordni speċifika tal-Qorti u mhux jivvinta xi każ.
Robert Aquilina kiteb ktieb voluminuż bbażat fuq il-konklużjonijiet tal-Inkjesta Pilatus. meta ma kienx awtorizzat li jkun fil-pusssess ta’ tali informażżjoni.