L-establishment estremista tal-Partit Nazzjonalista ma jistax jaċċetta l-agunija li għaddejja minnu Repubblika, u bdew ħerġin l-ismijiet li jistgħu ‘jsalvaw’ lil din l-organizazzjoni mill-irrilevanża.
Fost dawn hemm l-evażur tat-taxxa u eks Deputat PN David Thake, b’kumment mill-qalb lejn ‘sieħbu’ Robert Aquilina fuq Facebook.
Thake li rriżenja mill-Parlament wara li nqabad jevadi ħafna VAT, hu rrappurtat li qed jitħajjar jerġa jibda jkun militanti u jagħti spalla lil ‘Repubblika’ hekk kif bħalissa għaddejja minn kriżi kbira ta’ kredibilita’ wara l-arrest u l-interrogazzjoni ta’ Robert Aquilina.
Sadanittant, bdew ħerġin ukoll persunaġġi li konna ilna ma nisimgħu bihom.
Fosthom..
Arthur Galea Salomone, President Moviment ta’ Kana, u li m’għandux bżonn l-ebda introduizzjoni, għaliex fil-gradwayorja, l-ewwel jiġi Papa Leo XIV.
…u l-ex Deputat u Segretarju Parlamentari PN Richard Muscat, li kiteb li qed ‘jitlon’ għal Robert Aquilina.