Fl-isfond tal-kaos li qed jaħkem lill-Partit Nazzjonalista f’dawn l-aħħar jiem bl-istaff ta’ Bernard Grech uwaħħlu fin-nies ta’ Adrian Delia għax-xniegħat li wasslu lill-istess Grech jumilja ruħu u jiċħad li se jirriżenja, l-eks Kap Nazzjonalista ippreżenta ruħu b’saħħa quddiem il-partit kollu b’ġabra ta’ €92,000 waqt il-maratona ġbir ta’ fondi.
Delia deher prepotenti u b’messaġġ indirett li għadu hemm, għadu b’saħħtu u għandu l-appoġġ, anki jekk fil-PN antiċipawh u tefgħu ħdejh lis-Sindku sfiduċjata ta’ Ħal-Għargħur Helen Gauci ħdejh, u l-puppatur injorat David Agius.
Kien evidenti li l-messaġġ ta’ Delia kien ntiż li jimla l-vakum ta’ kredibilita’ li jinsab fih il-PN taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech, speċjalment f’dawn l-aħħar siegħat wara l-gwaj ġudizzjarji ta’ Robert Aquilina u r-ritaljazzjoni ta’ Repubblika lejn Bernard Grech talli ħareġ issa li għal darb’ oħra l-PN ma ppreżentax il-kontijiet finanżjarji tiegħu kif inhu obbligat bil-Liġi.
Iżda Delia l-bieraħ filgħaxija bagħat messaġġ ukoll li hu qed imexxi lill-fazzjoni anti-estremista, tant li f’dawn l-aħħar jiem deher ċar li anki d-dixxiplu tiegħu Alex Borg ċeda mill-ambiżżjoni tiegħu li jilħaq Kap u qed iżomm lilu nnifs skars, tant li l-bieraħ deher ftit waqt il-maratona, irrisponda għal ftit telefonati, ppreżenta €35,000 li ġabar minn Għawdex u telaq ‘l hemm.
Alex Borg ma kienx lanqas mal-Kumitat ta’ Għawdex fejn kien hemm Beppe Galea u Alex Periċi Calascione jiġbru f’Għawdex.
Intant, Delia m’hu qed juri l-ebda simpatija lejn Robert Aquilina u l-ġrajja tiegġu. Wisq anqas lejn Karol Aquilina, il-bully etern tal-PN li flimkien ma’ Beppe Fenech Adami jinsab mhedi biex isalva lill-ħuħ mill-gwaj u fuq kollox li ma jħallix l-inkwiet li daħal fiħ ħuġ inaqqarlu mill-influwenża li akkwistafil-PN.
Delia fehem il-logħba sew, u qed jilgħabha bl-aktar mod makkjaveljan fejn bil-mod il-mod qed jerġa jibda juri snienu hekk kif ir-riħ issa qed jimlilu l-qlugħ.
Fil-jiem u fil-ġimgħat li ġejjin Adrian Delia se jkompli jiftaħ il-ġwienaħ u jasserixxi ruħu b’aktar awtorita’ minn qatt qabel.