X’inhi r-raħuni għalfejn Robert Aquilina ħabbar dalgħodu li kien qed jirriżenja minn Repubblika, iżda mhux mill-Fondazione Falcone fejn qal li kien se n’jissospendi’ lilu nnifsu minn bħala r-rappreżentanttagħha?
Din hi l-mistoqsija li ħafna għamlu dalgħodu, għaliex hi pjuttost stramba li Aquilina ma jridx jaqta r-rabta tiegħu minn mal-Fondazjoni li ġab hu f’malta minn Sqallija, u li qed topera minn uffiċċju, propjeta’ tiegħu u biswit id-dar tiegħu stess fis-Siġġiewi.
Il-post kien inawgurat b’tant pompa fis-Siġġiewi f’Novembru li għadda u Robert Aquilina kien għalaq nofs ir-raħal biex ġab lil Maria Falcone, oħt il-Maġistrat Taljan maqtul biex tiftħu flimkien mal-Presidnet ta’ Malta Miriam Spiteri Debono.
Ħafna kienu dawk li staqsew jekk il-Fondażżjoni tispiċċa jkollha żżarma minn Malta ladarba jitlaq Aquilina, iżda l-aktar spjega plawsibbli hi l-Fndażżjoni tħallsu xi forma ta’ kera għall-uffiċċju li hu ffinanżjat minn fondi pubbliċi Taljani.
Robert Aquiina għandu jispjega dan kollu, speċjalment lil ta’ Repubblika!
Sadanittant, bagħtna sensiela ta’ miatoqsijiet lil Fondazioen Falcone f’Palermo dwar Robert Aquilina u xi flejjes qed jitħallsu minnhom f’Malta.